1. Prekawzjonijiet ta' Sikurezza
Dawn l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza fihom informazzjoni u regolamenti
dwar is-sikurezza, li għandhom jiġu osservati biex jiżguraw it-tħaddim sikur
tat-tagħmir fil-kundizzjonijiet deskritti. In-nuqqas ta' osservazzjoni ta' din
l-informazzjoni u dawn l-istruzzjonijiet jista' jkollu konsegwenzi serji jew jista'
jikser ir-regolamenti speċifiċi dwar l-użu tat-tagħmir fiż-żona Ex.
Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza qabel tibda tuża
dan it-tagħmir! Fil-każ ta' informazzjoni konfliġġenti d-dettalji speċifikati fl-
istruzzjonijiet ta' sikurezza għandhom japplikaw. F'każ ta' xi dubju (fl-għamla
ta' traduzzjoni jew erruri tal-istampar) il-verżjoni Ingliża tapplika.
2. Difettu u Ħsarat
Jekk hemm xi raġuni biex tissusspetta li s-sikurezza tal-apparat ġiet imxek-
kla, għandha tiġi rtirata mill-użu u mneħħija minnufih miż-żona ta' periklu.
Miżuri għandhom jittieħdu sabiex ikun evitat li jintuża darb' oħraf'żona
perikoluża b'mod aċċidentali.
Is-sikurezza tat-tagħmir tista' tiġi kompromessa jekk pereżempju:
• Hemm ħsara li tidher fl-alloġġ.
• L-apparat ġie suġġett għal tagħbijiet eċċessivi.
• L-apparat inħażen f'kundizzjonijiet mhux adattati.
• L-apparat saritlu ħsara waqt il-ġarr.
• L-immarkar jew l-iskrizzjonijiet fuq l-apparat ma jistgħux jinqraw.
• Ikun hemm malfunzjonijiet.
• Valuri limitattivi permessi ġew maqbuża.
3. Regolamenti ta' sikurezza
L-użu tat-tagħmir sikur Bluetooth Scanner jippreżumi li l-operatur josserva
r-regolamenti konvenzjonali dwar is-sikurezza u li jkun qara ċ-ċertifikat ta'
konformità sabiex jelimina tħaddim difettuż tat-tagħmir.
L-affarijiet li ġejjin għandhom jiġu osservati:
• L-apparat m'għandux jiġi żmontat fi kwalunkwe ħin.
• L-apparat m'għandux jitħaddem f'żoni 1 jew 20.
• Il-klijent mhux permess lijibdel l-moduli tar-ras.
• Il-moduli tar-ras jistgħu jinbidlu biss mill-manifattur jew wieħed mill-aġenziji
awtorizzati biex joffru s-servizz.
• L-apparat jista' jinbidel biss barra ż-żona perikoluża.
• Il-vultaġġ massimu għall-ikkarigar hu ta' 5.5 V.
• It-temperatura ambjentalimassima hi ta' 45 °C.
54