EKO Device Eko CORE Manual Del Usuario página 823

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 56
10. Tindif
Proċedura ta' Tindif u Diżinfezzjoni
L-istetoskopju u l-CORE għandhom jiġu ddiżinfettati bejn kull
użu. Il-linji gwida dwar il-kontroll tal-infezzjonijiet miċ-Ċentri
għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (CDC) jiddikjaraw li tagħmir
mediku li jista' jerġa' jintuża, bħal stetoskopji, għandu jiġi diżinfettat
meta jintuża bejn pazjent u ieħor. Prattiki tal-iġjene standard għall-
istetoskopji japplikaw għall-apparat Eko.
Il-partijiet esterni kollha tal-hardware għandhom jiġu ddiżinfettati
b'wipes ta' 70 % isopropyl alcohol. F'kundizzjonijiet normali,
mhux meħtieġ li titneħħa l-parti tal-CORE li titwaħħal mit-tubi tal-
istetoskopju waqt il-proċedura ta' diżinfezzjoni.
NOTA:
IDDAĦĦALX l-apparat fi kwalunkwe likwidu jew tagħmlu
soġġett għal kwalunkwe proċess ta' sterilizzazzjoni bi pressjoni
għolja/awtoklava.
Jekk ikun meħtieġ li jitneħħa l-CORE, iġbed it-tubi tal-istetoskopju 'l
barra mill-parti tal-metall tal-parti tal-CORE li titwaħħal fuq iż-żewġ
trufijiet. Imsaħ il-partijiet kollha tal-istetoskopju b'wipes ta' 70 %
isopropyl alcohol jew wipe li tintrema bis-sapun u bl-ilma inkluż
il-wiċċ tal-CORE, it-tubi tal-istetoskopju, il-konnekter tat-tubi u l-parti
tas-sider. Soluzzjoni ta' 2 % bliċ tista' tintuża biex tiddiżinfetta t-tubi
tal-istetoskopju, il-konnekter tat-tubi, u l-parti tas-sider; madankollu,
it-tubi jistgħu jibdlu l-kulur wara esponiment għall-bliċ.
Biex tevita t-titbigħ tat-tubi tal-istetoskopju, evita l-kuntatt ma' pinen,
markers, karti tal-gazzetti, jew materjal ieħor stampat. Hija prattika
tajba li tilbes l-istetoskopju tiegħek fuq kullar kull meta jkun possibbli.
Erġa' arma l-istetoskopju billi terġa' ddaħħal il-partijiet tal-metall
tal-parti tal-CORE li titwaħħal fit-tubi tal-istetoskopju kif deskritt hawn
fuq fit-taqsima dwar l-installazzjoni.
823

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido