MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1.
IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook.
Nisperaw li tieħu pjaċir tużah u tgawdih għal ħafna żmien!
Tista' tottimizza l-esperjenza tiegħek billi tirreġistra l-barbecue
tiegħek online biex tieħu vantaġġ mill-ħafna benefiċċji.
- Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online, sabiex
tkun tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar
l-apparat tiegħek
- Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat, li
jfisser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz
tal-garanzija.
- Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
- Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni
tal-apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2.
DWAR DIN IL-GWIDA
Din il-gwida tikkonsisti f'żewġ partijiet.
Parti 1 fiha struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-
manutenzjoni u l-garanzija.
Il-Parti 2 (p 73) fiha illustrazzjonijiet, listi ta' partijiet, u
tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċifika fil-manwal, se ssirlek referenza
għaliha b'din il-pittogramma ta' lapes.
3.
STRUZZJONIJIET TA' SIGURTÀ IMPORTANTI
• Dan l-apparat huwa maħsub esklussivament għal użu
personali, mhux għal użu kummerċjali.
• Dan l-apparat jista' jintuża minn tfal ta' 8 snin 'il fuq u nies
b'indebolimenti fiżiċi, sensorji jew intellettwali jew nuqqas
ta' esperjenza u għarfien jekk ikunu sorveljati jew mogħtija
struzzjonijiet dwar kif jużaw l-apparat b'mod sigur u jifhmu
l-perikli involuti. It-tfal m'għandhomx jilagħbu bl-apparat.
It-tfal m'għandhomx jitqabbdu jnaddfu jew jieħdu ħsieb
l-apparat.
• Żomm l-apparat u l-wajer fejn ma jintlaħqux minn tfal taħt
it-8 snin.
• Ipplaggja l-apparat biss f'sokit kif deskritt fuq il-pjanċa
deskrittiva u qabbad l-apparat biss f'sokit bi tliet
pinnijiet ertjati.
• Uża apparat wieħed biss għal kull sokit u uża biss wajers ta'
estensjoni ertjati f'kundizzjoni ta' sigurtà. L-erja tas-sezzjoni
trasversali tal-wajer tal-ert għandha tkun mill-inqas 1.0 mm
(kapaċità ta' mill-inqas 10A).
• Importanti ħafna li tuża biss enerġija li hija fornuta permezz
ta' apparat ta' kurrent residwu (RCD), b'kurrent ta' tħaddim
residwu nominali li ma jaqbiżx 30mA, ma' apparat tad-dar.
Ikkonsulta l-elekrixin tiegħek għal aktar dettalji.
• Għandek tuża biss il-wajer tal-elettriku indikat provdut
mal-apparat.
• Il-wajer tal-elettriku għandu jkun iċċekkjat regolarment għal
ħsara. Jekk il-wajer tal-elettriku ikun bil-ħsara, l-apparat
m'għandux jintuża.
• L-apparat m'għandux jitħaddem
(aqla' immedjatament il-plagg tal-mejn) jekk:
- l-apparat, il-parti ta' barra jew il-wajer tal-elettriku
jkunu bil-ħsara.
- l-apparat juri sinjali viżibbli ta' ħsara.
- hemm suspett ta' ħsara wara li l-apparat twaqqa' jew
seħħ inċident simili.
• Itfi fejn hu mqabbad mal-elettriku u skonnettja l-plagg
tal-mejn:
- fil-każ ta' ħsara waqt l-użu.
- qabel ma tnaddaf jew iċċaqlaq l-apparat.
- wara l-użu
• Jekk jogħġbok iċċekkja l-apparat u l-wajer tal-elettriku
regolarment u immedjatament ieqaf milli tuża l-apparat billi
tiskonnettja l-wajer mill-elettriku jekk jinqalgħu xi problemi
meta tuża l-apparat.
• Jekk il-wajer tal-elettriku jkun bil-ħsara, għandu jiġi
ssostitwit mill-manifattur, is-Servizz ta' Spare Parts jew
professjonisti simili biex jimminimizzaw ir-riskju.
• Qatt tuża dan l-apparat fejn jista jintlaħaq mill-ilma f'banju,
friskatur jew kontenitur ieħor. Qatt tesponih għax-xita, borra
jew umdità oħra.
• Aħżen il-wajer u l-kejbil tal-elettriku sabiex iċ-ċans li
jintmess jew jinqabad jiġi mminimizzat.
• Qatt tħalli l-wajer tal-estensjoni jew il-wajer tal-elettriku
jmissu l-pjanċa tal-grill sħun.
• Tiġbidx il-wajer tal-elettriku fuq truf li jaqtgħu. Aċċerta ruħek
li l-wajer tal-elettriku ma jinqarasx (eż. taħt il-bibien eċċ.).
• Tpoġġix il-barbecue fuq it-tarf jew il-kantuniera ta' mejda u
evita kull kuntatt mal-uċuħ sħan tal-barbecue.
• Tużax dan l-apparat mingħajr it-trej għat-taqtir taż-żejt u
kun żgur li l-bażi tal-barbecue tkun immuntata sewwa.
• Qatt m'għandek tgħatti l-hotplate b'fojl tal-aluminju (dan
jagħmel ħsara lill-kisi li ma jwaħħalx).
• Kun żgur li l-apparat ikun immuntat sew qabel l-użu.
• Żomm il-grill tal-elettriku mill-inqas 30cm minn kwalunkwe
ħajt meta tkun qed tużah.
• It-temperatura tal-uċuħ aċċessibbli tista' tkun għolja b'mod
perikoluż meta l-apparat ikun qed jintuża. Oqgħod attent u
żomm il-materjali li jaqbdu 'l bogħod mill-apparat.
• Attenzjoni! Il-hotplate issir sħuna ħafna u tibqa' sħuna
għal żmien twil wara li tkun intfiet. Oqgħod attent mill-
ħruq! Tmissx uċuħ sħan u oqgħod attent meta timmaniġġa
l-apparat wara l-użu.
• Oqgħod attent mit-titjir ta' xaħam, żejt jew likwidu waqt li
tkun qed tiggrillja.
• Tħallix l-apparat waħdu meta jkun mixgħul jew
għadu jaħraq.
• Tmissx l-apparat (għatu jew pjanċa tal-grill) meta tkun qed
issajjar biex tevita r-riskju ta' ħruq.
• Attenzjoni! Tużax faħam tal-kannol jew karburanti simili ma'
dan l-apparat.
• Dan l-apparat huwa maħsub biss għall-użu
domestiku, bħal:
- żoni tal-kċina tal-persunal fi ħwienet, uffiċċji u ambjenti
oħra tax-xogħol;
- irziezet;
- minn klijenti f'lukandi, motels jew ambjenti
residenzjali oħra;
- stabbilimenti ta' bed and breakfast.
• Uża biss dan l-apparat kif deskritt f'dan il-manwal. L-użu
2
tal-apparat b'xi mod ieħor minn dak irrakkomandat
mill-manifattur jista' jwassal għal nar, xokk elettriku jew
korriment lil persuni, u possibilment jirriżulta f'mewt jew
diżabilità permanenti.
• Dan l-apparat jista' jintuża biss għall-preparazzjoni tal-ikel.
• Qatt skonnettja l-plagg billi tiġbed il-wajer tal-elettriku jew
b'idejn imxarrbin.
• Għal raġunijiet ta' sigurtà, ma tistax tuża għodda li ma kinitx
irrakkomandata jew ipprovduta mill-manifattur.
• Dejjem itfi l-apparat qabel ma tiskonnettjah mill-mejn.
• Ħalli l-apparat jiksaħ kompletament qabel ma tneħħi
l-aċċessorji jew tnaddaf l-apparat.
• Il-wajer tal-elettriku għandu jitneħħa qabel ma tnaddaf
l-apparat u d-daħla tal-apparat għandha tkun imnixxfa
kompletament qabel ma l-apparat jerġa' jintuża.
• Qatt ma għandek iddaħħal il-plagg tal-wajer tal-elettriku jew
it-termostat fl-ilma jew likwidi oħra.
• Qatt ma għandek tgħaddas l-apparat bl-element li jsaħħan
fl-ilma. L-apparat għandu jkun mitfi meta ma jintużax.
www.barbecook.com
57