Kif taħżen il-grill
Il-grill għandu jitgħatta b'koperta protettiva meta ma tkunx qed tintuża matul is-sajf. Ipproteġi l-grill mill-umdità u l-ksieħ. Dan hu partikularment importanti
jekk il-grill ikun qrib il-baħar, għaliex il-melħ fl-arja ta' qrib il-baħar iqassar b'mod sinifikanti l-ħajja utli tal-grill.
Ħażna fix-xitwa
Aqla' l-pajp u ċ-ċilindru mill-grill. Naddaf il-grill bir-reqqa. Dan jinkludi l-gradilji u l-burners. Il-grill għandu jinħażen f'post xott li jkun protett minn temperaturi
taħt iż-żero.
Mistoqsijiet li Jsiru Sikwit
1. Għaliex m'hemmx siġill bejn il-burner u l-gas nipple?
a. Il-gass li joħroġ min-nipple u jidħol ġol-pajp tal-burner, jitħallat mal-ossiġnu biex jagħti l-kombustjoni korretta fil-burner. Il-konnessjoni MA TISTAX tiġi
ssiġillata. Li kieku din il-konnessjoni kienet issiġillata, allura r-relazzjoni arja-gass kienet tinbidel u kien ikun hemm temperatura mhux korretta fil-grill.
2. X'inhi l-funzjoni tal-plates li hemm fuq il-burners?
a. Dawn il-plates, jew flame fenders kif inhuma magħrufin ukoll, jipprovdu protezzjoni kontra l-fjammi li jitilgħu 'il fuq lejn l-ikel fuq il-gradilji tal-grill.
b. Il-plates iżidu b'mod sinifikanti l-ħajja utli tal-burners billi jipproteġuhom konta ż-żjut, xaħmijiet u likwidi li joħorġu mill-ikel.
ċ. Il-plates jipprovdu distribuzzjoni ugwali ħafna tas-sħana fil-gradilji tal-grill.
3. Kemm irrid nistenna qabel ma nkun nista' nibda nsajjar l-ikel fuq il-grill?
a. Normalment iridu jgħaddu 5-10 minuti biex il-grill jilħaq it-temperatura korretta.
4. Għandi nuża ġebel tal-lava fil-grill?
a. Le, il-ġebel tal-lava m'għandux jintuża ma' Röshults' grills.
Aċċessorji
Għatu protettiv
Gradilja tal-grill
Wok holder
Fry top
Għatu
Roti
Spare parts skont il-lista' ta' komponenti/partijiet.
Garanzija
Il-garanzija tkopri difetti ta' manifattura u difetti ovvji fid-disinn. Il-garanzija ma tkoprix użu ħażin. Il-garanzija tkopri ħsara mis-sadid minħabba l-proċess
ġenerali tas-sadid. Aħna niċħdu kwalunkwe responsabbiltà ta' garanzija fir-rigward tal-użu tal-prodott f'ambjenti tal-baħar. 5 snin garanzija ta' protezzjoni
kontra s-sadid skont l-istandard tal-ISO C3 medium 12944-1 u sentejn (2) garanzija tal-prodott (bil-patt li l-prodott ma jkunx ġarrab ħsara minn fatturi esterni
u/jew mhuwiex jew qiegħed impoġġi fuq art miftuħa/vojta jew ġol-ilma).
Il-garanzija ma tapplikax f'każ ta':
Inċident wara li tkun irċivejt il-prodott
Negliġenza
Użu mhux normali
Nuqqas li ssegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u l-manutenzjoni tiegħu
L-użu tal-prodott ambjent tal-baħar jew li tqiegħed il-prodott f'ambjent tal-baħar
Il-garanzija ma tapplikax għall-partijiet interni tal-grill li huma suġġetti għal xedd u kedd. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-aġent lokali tiegħek
fir-rigward ta' spare parts.
: SS-EN 498 ID: 0402
6
All manuals and user guides at all-guides.com