MT
Traduzzjoni
Avviżi dwar dan id-dokument
L-istruzzjonijiet operattivi (għat-tħaddim u l-installazzjoni) jifformaw parti mill-prodott u għandhom jitniżżlu, jinqraw u
jinftehmu qabel l-installazzjoni u l-ewwel użu. Il-manwali attwali tista' tniżżilhom direttament mill-websajt tagħna:
www.keba.com/emobility-downloads
Il-manwali li tkun niżżilt għandhom jinżammu tul il-ħajja sħiħa tal-prodott. Jekk tixtieq l-informazzjoni f'lingwa oħra,
jekk jogħġbok saqsi lir-rappreżentant lokali tas-servizz għall-klijent.
Apparti l-avviżi għas-sigurtà f'dan il-manwal, għandhom jiġu osservati ukoll il-miżuri ta' sigurtà u r-regoli għall-
prevenzjoni ta' inċidenti rispettivi għal kull applikazzjoni.
Avviżi għas-sigurtà
TWISSIJA
!
Periklu fatali minn xokk elettriku u periklu ta' nar!
It-tagħmir jista' jiġi installat u mħaddem f'kondizzjoni perfetta biss.
Jekk it-tagħmir jiġrilu l-ħsara għandu jitneħħa mill-użu immedjatament u jissewwa jew jinbidel minn elettriċista
kwalifikat u awtorizzat.
It-tagħmir jista' jissewwa biss minn teknixins imħarrġa tas-servizz bl-użu ta' partijiet ta' rikambju awtorizzati mill-
manifattur li jkunu ġew iċċekkjati qabel l-installazzjoni.
It-tagħmir ma fih ebda apparat ta' skonnessjoni tal-provvista tal-elettriku. Għandu jiġi pprovdut apparat ta'
skonnessjoni tal-provvista tal-elettriku xieraq (pereżempju circuit breaker, skonnettur jew mezz ekwivalenti ta'
skonnettjar) bħala parti mis-sistema elettrika tal-bini. Il-vultaġġ tal-provvista għandu dejjem jiġi interrott minn
dan l-apparat speċifiku ta' skonnessjoni tal-provvista tal-elettriku.
It-tagħmir għandu jiġi protett minn circuit breaker RCD (tat-tip A bħala minimu).
Mhux permess li jitwettqu bidliet mhux awtorizzati u modifikazzjonijiet fit-tagħmir.
Mhux permess li jitneħħew tikketti (eż. simboli ta' sigurtà, avviżi ta' twissija, immarkar tal-kejbils...) mit-tagħmir.
It-tagħmir għandu jiġi spezzjonat regolarment għal danni/ħsarat, difetti, therrir u ħmieġ.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva n-noti li ġejjin:
L-installazzjoni, l-ikkummissjonar inizjali, il-manutenzjoni jew l-adattament tat-tagħmir għandhom jitwettqu biss
minn elettriċisti mħarrġa, kwalifikati u awtorizzati
osservanza tal-istandards eżistenti u r-regoli għall-installazzjoni
Jekk it-tagħmir jiġi installat fuq ħitan dobbli, għandhom jinqaflu tal-inqas żewġ viti tal-irbit fuq l-element ta'
appoġġ tal-ħajt. Il-viti tal-irbit l-oħra għandhom jintrabtu f'kavilja speċjali għal ħitan dobbli. Kun ċert li l-istruttura
tal-qiegħ tkun tiflaħ sew it-tagħmir.
Mal-konnessjoni tal-Ethernet jistgħu jiġu konnessi biss vultaġġi u ċirkwiti li jkunu iżolati b'mod sigur minn
vultaġġi perikolużi (pereżempju, iżolazzjoni suffiċjenti).
Il-kaxxa tat-terminali m'għandha qatt titħalla miftuħa mingħajr sorveljanza. Qabel titlaq minn ħdejn it-tagħmir,
erġa' installa l-kaver tal-kaxxa tat-terminali.
F'sistemi estiżi, jekk jgħaddi kurrent kompensattiv minn fuq l-ilqugħ, dan jista' jikkawża danni fl-interfaċċji u
perikli waqt ix-xogħol fil-linji tad-dejta. Il-miżuri (pereżempju konnessjoni ma' distribuzzjoni elettrika komuni, bini
ta' netwerk TN-S, ...) għandhom jiġu miftiehma mal-persuna rilevanti li tkun responsabbli għall-bini.
(1)
Persuni b'taħriġ professjonali, għarfien u esperjenza kif ukoll għarfien tal-istandards rilevanti, jistgħu jevalwaw ix-xogħlijiet
assenjati u l-perikli li jistgħu jinqalgħu.
Innota li l-liġijiet tal-pajjiż jistgħu jeħtieġu li jkun hemm apparat addizzjonali għall-protezzjoni minn vultaġġ żejjed.
(2)
31
!
(1)
li waqt il-proċess ikunu kompletament responsabbli għall-
(2)
.