Descargar Imprimir esta página

TM FLEXIBLE Folleto De Instrucciones página 10

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 5
MT
1. Preżentazzjoni
Apparat mediku għat-twassil tal-gass mediku bejn apparat mediku li jaħdem b'diversi gassijiet mediċi jew b'wieħed, u terminal tal-gass mediku
fiss mal-ħajt. Il-pajp ta' pressjoni baxxa huwa mgħammar b'żennuni speċifiċi għal kull gass skont l-istandards nazzjonali.
Dan l apparta ghandu jintuza minn tobba u infermiera.
2. Varjazzjonijiet
- Tul tal-pajp: 0,5m sa 7m.
- Żennuna ta' konnessjoni: skont l-istandard
- Gass disponibbli: Arja, O
2
3. Karatteristiċi tekniċi
- Konformi mal-istandard ISO 5359: 2014.
- Pajp tal-PVC (klorur tal-polivinil) antistatiku għall-O2, għall-Arja,
għall-N2O.
- Dijametru intern tal-pajp: 6,3 ± 0,3 mm.
- Dijametru estern tal-pajp: 12,4 ± 0,3 mm.
- Pressjoni Massima waqt l-użu: 15 bar.
- Pressjoni tal-qsim: 60 bar.
- Temperatura tal-użu: - 15°C sa + 60°C.
- Fornut MHUX sterili.
4. Metodu ta' kif għandu jintuża
Spezzjoni qabel ma jintuża: jekk il-pajp jaqa' tista' ssir ħsara fiż-żennuna tal-konnessjoni u b'hekk il-pajp ma jkunx jista' jitqabbad. Ara li
dejjem tiċċekkja l-istokk ta' pajpijiet tiegħek qabel ma tużahom.
Konnessjoni: L-ewwel qabbad il-pajp mal-apparat mediku li se tuża mbagħad qabbdu mat-terminal tal-gass mediku ta' mal-ħajt.
Skonnettjar: L-ewwel aqla' ż-żennuna mqabbda mat-terminal tal-ħajt imbagħad aqla' ż-żennuna minn mal-apparat mediku.
5. Simboli
MANIFATTUR
6. Struzzjonijiet tas-Sigurtà
- Tqabbadx żewġ pajpijiet ma' xulxin biex tevita li jkollok telf ta' pressjoni u tal-fluss.
- Biex tevita r-riskju ta' xi korriment f'każ li l-pajp jinqala' bil-pressjoni, żomm iż-żennuna sew meta taqlagħha.
- Biex tevita kwalunkwe riskju ta' nirien, splużjoni jew intossikazzjoni:
o Tużax qrib punt ta' tqabbid.
o Tesponix il-pajp għal sħana kbira.
o Tqiegħedx l-apparat f'kuntatt ma' prodotti grassi.
o Tibdilx iż-żennuni jew il-kamini mwaħħla mal-pajp.
- Jenħtieġ li l-pajpijiet jintużaw minn persunal li tħarreġ fir-riskji tal-użu tal-gassijiet mediċi.
- Iż-żennuni angolati DIN u Nordic O2 u Air huma mgħammra b'valv li jimpedixxi l-fluss lura.
7. Tindif
- Uża diżinfettant mingħajr alkoħol apposta għall-apparat mediku. Ħallih jinxef sew qabel terġa' tużah.
- Iċċekkja li d-diżinfettant ikun kompatibbli mal-materjal tal-pajp (PVC u PP).
- Tisprejjax id-diżinfettant dritt fuq il-pajp. Uża ċarruta jew maktur tal-karti.
- Tgħaddasx il-pajp fl-ilma.
8. Ħażna
- Aħżen f'temperatura ta' bejn -20 u +60°C f'post xott u nadif.
- Ipproteġih mir-raġġi ultravjola.
- Żomm il-pakkett u l-istruzzjonijiet sakemm dan ikun possibbli.
9. Manutenzjoni
- Għandha ssir (tal-anqas) spezzjoni waħda kull sena:
- Spezzjoni għal xi qsim fil-pajp: biex tagħmel dan, ippressurizza l-pajp. Qabbad ditekter ta' nixxija mal-pajp u maż-żennuni. Ara li ma jitilgħux
bżieżaq. Wara l-ispezzjoni, naddaf il-pajp sew kif ġie deskritt qabel.
- Spezzjoni taż-żennuni: iċċekkja l-kundizzjoni taż-żennuni u li mhux possibbli tqabbad iż-żennuna ma' konnessjoni ta' gass ieħor.
F'każ ta' xi problema, irritorna l-apparat lill-manifattur jew lil xi fornitur akkreditat.
10. Garanzija
- Apparat garantit għal sena, parts u xogħol, ħlief f'każ ta' dannu jew inċident ikkawżat minħabba negliġenza, użu ħażin, nuqqas ta'
superviżjoni jew ta' manutenzjoni.
- Żmien kemm għandu jdum tajjeb: 10 snin.
- Data ta' twaħħil tal-ewwel marka
jew riskju ta' inċident għandu jiġi rrapportat minnufih lil TECHNOLOGIE MEDICALE
NF S 90-116 -BS 5682 -DIN 13260 -US Ohmeda Diamond -NORDIC -DISS -NIST -UNI -CARBUROS
, N
O, Vakwu.
2
XXXX-XX
: 2000
Skont id-Direttiva Ewropea 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, kull inċident
- Ma fihx gomma.
- Ma fihx ftalati.
- Żennuni mwaħħla b'mod permanenti mal-pajp.
- Nru tal-lott tal-pajp, stampat bil-linka tat-tip jet.
- Il-marka hija mnaqqxa fuq sokit: Is-sena u x-xahar tal-manifattura
tal-pajp + "TM CE 0459".
- Tikketta fuq il-pakkett ta' barra bid-data sa meta jdum tajjeb għall-
użu kif ukoll in-Nru tal-lott tal-manifattura tal-pajp.
UŻA SAL-AĦĦAR TA' SSSS-XX

Publicidad

loading