Descargar Imprimir esta página

Weber iGrillmini Guia De Inicio Rapido página 19

Ocultar thumbs Ver también para iGrillmini:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 4
Żur weber.com/igrillsupport biex issir taf aktar
dwar il-kompatibbiltà tat-tagħmir, il-lingwi
appoġġjati mill-Applikazzjoni Weber iGrill,
gwida sħiħa għall-utent b'vidjows ta' struzzjoni
rigward l-issettjar, u ispirazzjoni eċċellenti
waqt li tixwi. Jekk jogħġbok aqra l-gwida
sħiħa għall-utent, speċjalment l-informazzjoni
dwar is-sigurtà, qabel l-ewwel użu tal-Weber
iGrill Mini u segwi l-istruzzjonijiet waqt li tuża
l-apparat domestiku.
Użu Maħsub: Uża dan it-tagħmir biex tkejjel u
timmonitorja t-temperatura tal-oġġetti mixwija.
Kwalunkwe użu ieħor differenti minn dak deskritt
jista' jikkawża ħsara. Il-manifattur jew il-bejjiegħ
bl-imnut mhumiex responsabbli għal ħsarat li
jirriżultaw minn użu ħażin.
TWISSIJA: Riskju ta' Korrimenti! Is-sondi
jaqtgħu ħafna. Jekk jogħġbok oqgħod attent
meta tuża s-sondi.
TWISSIJA: Riskju ta' Ħruq!
L-immaniġġjar tas-sondi tat-
temperatura mingħajr protezzjoni
għall-idejn ser jirriżulta fi ħruq
serju. L-indikaturi tas-sondi
kkuluriti mhumiex maħsuba li
jintmessu bl-idejn waqt l-użu tal-
grill għaliex mhumiex iżolati għas-sħana. Jekk
jogħġbok ilbes ingwanti protettivi kontra s-sħana
l-ħin kollu waqt li tuża dan il-prodott biex tevita
li tinħaraq.
Nota Importanti: Meta tuża s-sondi, kun żgur li
tgħaddi l-wajer minn fejn ma jkunx espost għal
fjammi jew għal temperaturi li jaqbżu t-380° C.
Evita li tesponi s-sondi għal temperaturi taħt
-30° C. Temperaturi taħt -30° C jew aktar minn
300° C mhux ser jintwerew fl-Applikazzjoni
u sejrin iwasslu sabiex is-sonda tisparixxi
mill-konnessjoni.
TWISSIJA: Rimi tal-Batteriji!
Qatt tarmi l-batteriji f'nar mikxuf.
Dejjem armi l-batteriji skont
il-liġijiet lokali.
Nota: L-iGrill Mini u l-batterija mhumiex
iddisinjati biex jissapportu sħana kbira. Jekk
il-wiċċ ikun jaħraq wisq biex tmissu, ikun jaħraq
wisq għall-Weber iGrill Mini.
Nota: Tħallatx batteriji qodma u ġodda. Tħallatx
batteriji alkalina, standard jew rikarikabbli.
Nota: It-tagħmir m'għandux jintuża minn tfal
jew persuni b'kapaċitajiet fiżiċi, sensorji jew
mentali limitati.
Medda ta' Frekwenzi (MHz).
2402.0 - 2480.0 MHz
Qawwa tal-Ħruġ (Watts) 0.0012 W
Dikjarazzjoni ta' Konformità: B'dan, Weber-
Stephen Products LLC., tiddikjara li t-tagħmir
tar-radju tat-tip iGrill Mini hu f'konformità
mad-Direttiva 2014/53/UE. It-test sħiħ tad-
dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE hu disponibbli
fl-indirizz tal-internet li ġej: weber.com/igrilldoc.
|
MALTESE
MT
19

Publicidad

loading