LG ThinQ S09EH El Manual Del Propietario página 70

Ocultar thumbs Ver también para ThinQ S09EH:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 26
FUNZJONIJIET SMART
Applikazzjoni LG ThinQ
Din il-funzjoni hija disponibbli biss fuq il-mudelli bl-
jew bil-logo ThinQ.
L-applikazzjoni LG ThinQ tippermettilek
tikkomunika mal-apparat billi tuża smartphone.
Funzjonijiet tal-Applikazzjoni LG
ThinQ
Ħaddem l-apparat mill-ismart phone billi tuża
l-karatteristiċi smart li huma konvenjenti.
Smart Diagnosis
• Jekk tesperjenza xi problema waqt li tkun qed
tuża t-tagħmir, din il-karatteristika ta' dijanjożi
intelliġenti se tgħinek tidentifika l-problema.
Settings
• Tista' tagħżel diversi għażliet minn fuq
l-apparat u mill-applikazzjoni.
NOTA
• Jekk tibdel il-wireless router tiegħek, il-fornitur
tas-servizz tal-Internet, jew il-password, ħassar
l-apparat reġistrat mill-applikazzjoni tal-LG
ThinQ u irreġistrah mill-ġdid.
• Din l-applikazzjoni tista' tinbidel sabiex ittejjeb
l-apparat, mingħajr ma l-utenti jiġu infurmata.
• Il-funzjonijiet jistgħu ivarjaw skont il-mudell.
Qabel Tuża l-Applikazzjoni LG
ThinQ
1
Iċċekkja d-distanza bejn it-tagħmir u l-wireless
router (Router tal-Wi-Fi).
• Is-saħħa tal-wireless ser tkun baxxa jekk
hemm distanza twila bejn it-tagħmir u
r-router wireless. B'hekk jaf jieħu aktar ħin
sabiex jirreġistra jew l-installazzjoni taf tfalli.
70
2
Itfi d-Data mobbli jew id-Data ċellulari minn
fuq l-ismartphone tiegħek.
3
Qabbad l-ismartphone mar-router wireless.
NOTA
• Biex tivverifika l-konnessjoni tal-Wi-Fi, iċċekkja
li l-icon
li hemm fuq il-panew tal-kontroll hija
mixgħula.
• Dan it-tagħmir jiflaħ Wi-Fi netwerk ta' 2.4GHz
biss. Biex tiċċekkja l-frekwenza tar-router,
ikkuntattja l-fornitur tas-servizz tal-internet
tiegħek jew irreferi għall- manwal tal-wireless
router.
• LG ThinQ mhuwiex responsabbli ta' problemi,
ħsarat jew malfunzjonijiet fil-konnessjoni
tan-netwerk, ikkawżati mill-konnessjoni tan-
netwerk.
• Jekk l-apparat ikun 'il bogħod mir-router dan
jaf ma jkunx jista' jagħmel konnessjoni man-
netwerk tal-Wi-Fi. Ixtri Wi-Fi repeater (range
extender) biex ittejjeb is-saħħa tal-Wi-Fi.
• Il-konnessjoni tal-Wi-Fi tista' tiġi interrotta jew
ma taqbadx minħabba l-ambjent tan-netwerk
tad-dar.
• Il-konnessjoni tan-netwerk tista' ma taħdimx
kif suppost minħabba l-fornitur tas-servizz
tal-internet.
• L-ambjent tal-wireless tal-madwar jista'
jikkawża lis-servizz tal-wireless netwerk
jaħdem bil-mod.
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido