Maltese [Malti]
TWISSIJA CE EMI CLASS A
Dan it-tagħmir huwa konformi mal-Klassi A tas-CISPR 32. F'ambjent residenzjali dan it-tagħmir jista'
jikkawża interferenza tar-radju.
STRUZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ
Dawn il-linji gwida ġenerali ta' sikurezza li ġejjin huma pprovduti biex jgħinu jiżguraw is-sigurtà
personali tiegħek stess u jipproteġu l-prodott tiegħek minn ħsara potenzjali. Ftakar biex tikkonsulta
l-istruzzjonijiet tal-utent tal-prodott għal aktar dettalji.
• L-elettriku statiku jista' jkun ta' ħsara għall-komponenti elettroniċi Skarika l-elettriku statiku
mill-ġisem tiegħek (jiġifieri miss ma' metall mhux miksi) qabel tmiss il-prodott.
• Tipprovax tisservisja l-prodott u qatt m'għandek iżżarma l-prodott. Għal xi prodotti b' batterja
sostitwibbli mill-utent, aqra u segwi l-istruzzjonijiet fil-manwal tal-utent.
• Ixxerridx ikel jew likwidu fuq il-prodott tiegħek u qatt m'għandek iddaħħal xi oġġetti fil-fetħiet
tal-prodott tiegħek.
• Tużax dan il-prodott qrib l-ilma, żoni b'umdità għolja, jew kondensazzjoni sakemm il-prodott ma
jkunx speċifikament ikklassifikat għall-applikazzjoni fuq barra.
• Żomm il-prodott 'il bogħod minn radjaturi u sorsi oħra ta' sħana.
• Dejjem aqla' l-prodott mill-kurrent tal-elettriku qabel tnaddfu u uża biss drapp xott mingħajr tnietex.
IR-RIMI U R-RIĊIKLAĠĠ TAL-PRODOTT
TIEGĦEK
Dan is-simbolu fuq il-prodott jew l-imballaġġ ifisser li skont il-liġijiet u r-regolamenti lokali dan
il-prodott m'għandux jintrema fl-iskart domestiku imma jintbagħat għar-riċiklaġġ. Jekk jogħġbok
ħudu f'punt ta' ġbir magħżul mill-awtoritajiet lokali tiegħek ladarba ma jkunx jista' jibqa' jintuża, xi
wħud jaċċettaw prodotti b'xejn. Meta tirriċikla l-prodott u l-ippakkjar tiegħu b'dan il-mod inti tgħin biex
tikkonserva l-ambjent u tipproteġi s-saħħa tal-bniedem.
82
D-Link DCS-4622 Quick Installation Guide