TJEP 39012265 Instrucciones De Funcionamiento Y Seguridad página 140

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 55
• Ilbes sew. Tilbisx ħwejjeġ jew ġojjellerija li jiġuk
kbar. Żomm xagħrek, il-ħwejjeġ u l-ingwanti tiegħek
'l bogħod minn partijiet li jiċċaqalqu biex tevita danni
serji. Ilbes biss ingwanti li jiġuk sew u li jippermettu
kontroll sikur tal-grillu u kwalunkwe apparat ta'
aġġustament. Ilbes ħwejjeġ li jsaħħnu meta taħdem
f'kundizzjonijiet kesħin, biex iżżomm idejk sħan u
niexfin.
• Tippruvax tilħaq affarijiet mill-bogħod. Żomm saqajk
sodi u żomm il-bilanċ f'kull ħin. Dan jippermetti
kontroll aħjar tal-għodda tal-gass f'sitwazzjonijiet
mhux mistennija.
• Evita startjar mhux intenzjonat. Iġġorx l-għodda tal-
gass b'subgħajk fuq il-grillu.
• Irrispetta l-għodda tal-gass bħala implementazzjoni
tax-xogħol.
• Tkunx traskurat bl-għodda.
• Neħħi kwalunkwe ċavetta ta' aġġustament jew
wrench qabel ma tuża l-għodda tal-gass. Wrench
jew ċavetta li jitħallew imwaħħla ma' parti li
tiċċaqlaq tal-għodda tal-gass jistgħu jirriżultaw
f'korriment personali.
• L-għodda tal-gass mhijiex iddisinjata biex tintuża
f'atmosfera splussiva bħal fil-preżenza ta' likwidi,
gass jew trab li jaqbdu. Id-disinn tal-għodda tal-
gass jiġġenera xrar u l-egżost se jikkawża wkoll
periklu possibbli ta' tqabbid tal-fjuwil jew gass li
jaqbad malajr ħafna. Tużax l-għodda tal-gass f'dan
it-tip ta' ambjent. Tpejjipx waqt li tkun qed tuża jew
iżżomm l-għodda tal-gass u/jew iċ-ċellula tal-fjuwil.
• Agħmel ċert li l-materjali kombustibbli ma jkunux
esposti għall-gassijiet tal-egżost sħan.
• Żomm l-għodda tal-gass b'attenzjoni, għax tista'
tisħon, u dan jaffettwa l-qabda u l-kontroll.
• Żomm il-post tax-xogħol nadif u mixgħul sew.
F'postijiet bl-imbarazz u mudlama jista' jseħħu
inċidenti.
• L-għodda tal-gass għandha tintuża f'żoni ventilati
sew. M'għandekx tieħu l-egżost, id-duħħan jew
il-gass man-nifs minħabba li huwa potenzjalment
perikoluż għall-ġisem tal-bniedem.
• Taħt kundizzjonijiet abbużivi, xi likwidu jista' joħroġ
mill-batterija u/jew miċ-ċellula tal-fjuwil; evita
l-kuntatt. Jekk il-kuntatt iseħħ aċċidentalment,
laħlaħ bl-ilma. Jekk il-likwidu jidħol f'għajnejn, fittex
għajnuna medika addizzjonalment. Il-likwidu li
ħareġ mill-batterija u/jew miċ-ċellula tal-fjuwil jista'
jikkawża irritazzjoni jew ħruq.
• Rilaxx żgħir ta' gass jista' jiġi ġġenerat minn
operazzjonijiet regolari.
• Tużax l-għodda tal-gass jekk ma tkunx f'kundizzjoni
ta' tħaddim tajba.
• Spezzjona l-għodda tal-gass qabel taħdem biex
tiddetermina li l-għodda tal-gass hija f'kundizzjoni
ta' tħaddim tajba. Iċċekkja l-allinjament
ħażin jew it-twaħħil tal-partijiet li jiċċaqalqu u
kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista' taffettwa
l-operazzjoni. Tħaddimx l-għodda jekk xi waħda
mill-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq isseħħ
minħabba li tista' tikkawża l-ħsara.
140
• Meta tħalli l-għodda tal-gass fil-pożizzjoni ta'
waqfien, uża ċ-ċinturin/raftering hook jew poġġiha
fuq quddiem jew fuq il-ġenb tagħha stess. Tħallihiex
tistrieħ bil-ponta ta' quddiem tipponta lejn l-operatur
jew xi ħadd fil-qrib.
• Persuni kkwalifikati teknikament biss, li qraw u
fehmu l-istruzzjonijiet ta' operazzjoni/sikurezza
għandhom iħaddmu l-għodda tal-gass.
• Żomm lit-tfal u lill-persuni ta' madwarek 'il
bogħod waqt li tħaddem l-għodda tal-gass.
Id-distrazzjonijiet jistgħu jwassluk sabiex titlef
il-kontroll.
• Aħżen għodda tal-gass, ċelluli tal-fjuwil, ċarġers
u batteriji li ma jkunux qed jintużaw f'post fejn ma
jilħquhomx it-tfal u tippermettix lil persuni mhux
familjari mal-għodda tal-gass, mal-aċċessorji jew
ma' dawn l-istruzzjonijiet iħaddmuhom. In-nailers
tal-gass huma perikolużi f'idejn utenti mhux
ikkwalifikati.
• Taħżinx l-għodda tal-gass f'temperaturi ogħla
minn 49°C. Temperatura għolja tista' twassal għal
splużjoni jew nar u r-rilaxx ta' gass li jieħu n-nar.
Meta ma tkunx qed tintuża, żomm l-għodda tal-gass
'il bogħod minn sorsi ta' temperatura għolja jew
mid-dawl tax-xemx dirett.
• M'għandekx tesponi l-għodda tal-gass għax-xita
jew għal kundizzjonijiet imxarrbin. Ilma li jidħol fl-
għodda tal-gass iżid ir-riskju ta' xokk elettriku u/jew
li l-għodda tinkiser.
• Dejjem assumi li l-għodda tal-gass fiha fasteners. Il-
maniġġ traskurat tal-għodda tal-gass jista' jwassal
għal sparar mhux mistenni ta' fastener u għal
korriment personali.
• Tippuntax l-għodda tal-gass lejk stess jew lejn xi
ħadd fil-qrib kemm jekk fiha fasteners kif ukoll jekk
le. L-attwazzjoni bla ħsieb se tirrilaxxa l-fastener u
dan jista' jkkawża korriment.
• Tisfurzax l-għodda tal-gass. Uża l-għodda tal-gass
ix-xierqa għall-applikazzjoni tiegħek minħabba li
tagħmel ix-xogħol aħjar u b'mod aktar sikur bir-rata
li għaliha ġiet iddisinjata.
• M'għandekx tħaddem l-għodda tal-gass sakemm
din tkun imqiegħda b'mod sod kontra l-biċċa tax-
xogħol. Jekk l-għodda tal-gass ma tkunx f'kuntatt
mal-biċċa tax-xogħol, il-fastener tista' tiġi mdendla 'l
bogħod mill-mira tiegħek.
• M'għandekx tgħaddi l-għodda tal-gass fuq materjal
li jkun iebes wisq jew artab wisq. Il-fastener tista' ttir
minn fuq materjal iebes u tweġġa' lin-nies, materjal
artab jista' jiġi ppenetrat faċilment u jippermetti li
l-fastener tittajjar liberament.
• M'għandekx iddaħħal fasteners f'fasteners oħrajn.
• Oqgħod iżjed attent meta ddaħħal fastener f'ħitan
eżistenti jew f'partijiet oħrajn li ma jidhrux biex tevita
kuntatt ma' oġġetti moħbija jew persuni fuq naħa
oħra (eż., wajers, pajpijiet, kejbils elettriċi.)
• Wara li ddaħħal fastener, l-għodda tal-gass tista'
terġa lura ("recoil") u b'hekk tersaq 'l bogħod mill-
bank tax-xogħol. Biex tnaqqas ir-riskju ta' ħsara
dejjem immaniġġja r-recoil billi:

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Productos relacionados para TJEP 39012265

Tabla de contenido