Descargar Imprimir esta página

3M Protecta Viper LT Serie Manual De Instrucciones Del Usuario página 150

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 54
INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
MT
Jekk jogħġbok, aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà li fihom dawn l-istruzzjonijiet qabel ma tuża din
is-Sistema ta' Linja ta' Salvataġġ Vertikali. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL DAN JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT SERJU
JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet iridu jingħataw lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet għar-referenza futura.
Użu Maħsub:
Din is-Sistema ta' Linja ta' Salvataġġ Vertikali hija maħsuba biex tintuża bħala parti minn sistema protettiva personali sħiħa kontra
l-waqgħat mill-għoli.
L-użu tagħha fi kwalunkwe applikazzjoni oħra inkluż, iżda mhux limitat għal, attivitajiet relatati ma' rikreazzjoni jew sports, tqandil
ta' materjal, jew attivitajiet oħra li mhumiex deskritti fl-Istruzzjonijiet Dwar il-Prodott, mhux approvat minn 3M u jista' jirriżulta
f'korriment serju jew mewt.
Dan l-apparat għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Din is-Sistema ta' Ħabel tal-Wajer/Sintetiku hija parti minn sistema protettiva personali kontra l-waqgħat mill-għoli. Huwa
mistenni li l-utenti kollha jkunu mħarrġa b'mod sħiħ fl-installazzjoni u l-operat sigur tas-sistema protettiva personali tagħhom
kontra l-waqgħat mill-għoli. L-użu ħażin ta' dan l-apparat jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt. Għal għażla, operat,
installazzjoni, manutenzjoni u servizz xieraq irreferi għall-Istruzzjonijiet Dwar il-Prodott u r-rakkomandazzjonijiet tal-manifatturi
kollha, kellem lis-superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lit-3M Technical Service.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' xogħol b'Sistema ta' Ħabel tal-Wajer/Sintetiku li, jekk ma jiġux evitati,
jistgħu jirriżultaw f'korriment serju jew mewt:
-
Spezzjona l-komponenti kollha tas-sistema qabel, kull darba li tużaha, mill-anqas darba fis-sena, u wara kwalunkwe
avveniment ta' waqgħa mill-għoli. Spezzjona skont l-Istruzzjonijiet Dwar il-Prodott.
-
Jekk l-ispezzjoni turi kundizzjoni li mhix sigura jew difettuża f'komponent tas-sistema, neħħi l-komponent mis-servizz u
eqirdu.
-
Kwalunkwe Sistema ta' Ħabel tal-Wajer/Sintetiku li kienet suġġetta għal twaqqif ta' waqgħa jew forza ta' impatt trid tiġi
mneħħija mis-servizz immedjatament u l-komponenti kollha jridu jiġu spezzjonati minn Persuna Kompetenti qabel ma
jerġgħu jintużaw.
-
Tikkonnettjax mas-sistema waqt li tkun qed tiġi installata.
-
Qatt tħalli aktar minn utent wieħed jaqbad mas-sistema f'ħin wieħed. Din is-sistema hija kklassifikata għal utent wieħed.
-
Uża biss konnekters approvati biex tqabbad irbit ta' sikurezza mas-sistema. Tuża l-ebda apparat ta' konnessjoni
addizzjonali.
-
Uża biss il-linja ta' salvataġġ deskritta u approvata fl-Istruzzjonijiet Dwar il-Prodott.
-
Tużax għoqda bħala ankraġġ jew punt li jerfa' t-tagħbija.
-
Segwi r-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur kollha meta ttemm linja tas-salvataġġ.
-
M'għandekx tinterferixxi fl-azzjoni tal-qfil tal-apparat tar-Rope Grab. Immanipula l-apparat biss biex tqabbad u taqla' minn
mas-sistema.
-
Dejjem żomm tliet punti ta' kuntatt waqt li tkun tiela', fejn ikun applikabbli. Irreferi għall-Istruzzjonijiet Dwar il-Prodott għal
aktar informazzjoni dwar it-teknika xierqa tat-tlugħ.
-
Kun żgur li sistemi/subsistemi protettivi kontra l-waqgħat mill-għoli mmuntati minn komponenti magħmula minn
manifatturi differenti huma kompatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli jew ta' kodiċi, standards,
jew rekwiżiti oħra applikabbli għall-protezzjoni tal-waqgħat mill-għoli. Dejjem ikkonsulta ma' Persuna Kompetenti jew
Kwalifikata qabel tuża dawn is-sistemi.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' xogħol fil-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jirriżultaw f'korriment serju
jew mewt:
-
Kun żgur li s-saħħa u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tiflaħ b'mod sigur għall-forzi kollha assoċjati ma' xogħol
fil-għoli. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk għandek kwalunkwe mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek biex tuża dan
t-tagħmir.
-
Qatt taċċedi l-kapaċità li jippermetti t-tagħmir protettiv tiegħek kontra l-waqgħat mill-għoli.
-
Qatt taċċedi d-distanza tal-waqgħa bla kontroll massima tat-tagħmir protettiv tiegħek kontra l-waqgħat mill-għoli.
-
Tużax kwalunkwe tagħmir protettiv kontra l-waqgħat mill-għoli li jfalli qabel l-użu jew qabel spezzjonijiet skedati, jew jekk
għandek tħassib dwar l-użu jew l-adattabilità tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lit-3M Technical Services
bi kwalunkwe mistoqsijiet.
-
Xi subsistemi u komponenti mħallta jistgħu jinterferixxu mal-operat ta' dan it-tagħmir. Uża biss konnessjonijiet
kompatibbli. Ikkonsulta lit-3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma' komponenti jew subsistemi oħra barra dawk deskritti
fl-Istruzzjonijiet għall-Utenti.
-
Ħu prekawzjonijiet żejda meta tkun qed taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. id-drive ta' fuq tar-riggijiet taż-żejt),
perikli elettriċi, temperaturi estremi, perikli kimiċi, gassijiet splussivi jew tossiċi, xfar li jaqtgħu jew taħt materjali mdendlin
'il fuq minn rasek li jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq it-tagħmir protettiv tiegħek kontra l-waqgħat mill-għoli.
-
Uża apparat Arc Flash jew Hot Works meta tkun qed taħdem f'ambjenti ta' sħana kbira.
-
Evita wċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Kun żgur li hemm distanza vertikali sigura għall-waqgħat adegwat meta tkun qed taħdem fil-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tibdel it-tagħmir protettiv tiegħek kontra l-waqgħat. 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M
biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq it-tagħmir.
-
Qabel tuża tagħmir protettiv kontra l-waqgħat mill-għoli, kun żgur li jeżisti pjan ta' salvataġġ li jippermetti salvataġġ fil-
pront jekk iseħħ inċident ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ avveniment ta' waqgħa, fittex attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li jkun waqa'.
-
Tużax ċintorin tas-sigurtà għal applikazzjonijiet ta' twaqqif ta' waqgħat mill-għoli. Uża l-Irbit tas-Sikurezza Sħiħ.
-
Imminimizza l-waqgħat mit-tbandil billi taħdem direttament taħt il-punt tal-ankraġġ kemm jista' jkun possibbli.
-
Jekk qed jingħata taħriġ b'dan l-apparat, trid tintuża sistema protettiva sekondarja kontra l-waqgħat b'tali mod li ma
tesponix it-trainee għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tkun qed tinstalla, tuża, jew tispezzjona l-apparat/is-sistema.
150

Publicidad

loading