Descargar Imprimir esta página

3M Protecta Viper LT Serie Manual De Instrucciones Del Usuario página 154

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 54
2.5
SPAZJU GĦALL-WAQGĦA (FALL CLEARANCE): Figura 3 turi l-komponenti ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli.
Għandu jkun hemm bizzejjed Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance - FC) taħt l-utent biex tkun tista' titwaqqaf waqgħa
qabel ma l-utent jaħbat mal-art jew ma' xi ostaklu ieħor. L-ispazju huwa affettwat min-numru ta' fatturi li jinkludu:
Post tal-Ankraġġ, (A) Tul tal-Kurdun, (B) Distanza ta' Deċellerazzjoni tal-Kurdun, (C) Stretch Ħarness, Tul u Settling
tad-D-Ring/Connector, (D) Distanza tal-Lock-Up tal-Konnettur tal-Ankraġġ, (E) Stretch u Tul tal-Linja ta' Sikurezza
Vertikali, u Fattur tas-Sigurtà (Safety Factor - SF). It-Tul tal-Kurdun u d-Distanza ta' Deċellerazzjoni tal-Kurdun se
tvarja mal-mudell tal-Kurdun.
Irreferi għat-Tabella 1 għad-dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-Ispazju tal-Waqgħa. Figura 4 turi kif il-pożizzjoni tal-
Konnettur tal-Ankraġġ tafftettwa l-Ispazju tal-Waqgħa rikjest. Figura 5 tagħti l-valur speċifiku tal-Ispazju tal-Waqgħa
li hu neċessarju, ibbażat fuq il-pożizzjoni eżatta tal-Konnettur tal-Ankraġġ. Ara Figura 4 u Figura 5 biex tiddetermina
r-rekwiżiti tal-Ispazju tal-Waqgħa.
Biex tiddetermina l-ispazju għall-waqgħa rikjest (Figura 4 u Figura 5):
Kejjel id-distanza (G) bejn il-punt tal-ankra u l-Konnettur tal-Ankraġġ installat. Uża dan il-valur u rreferi għall-Figura
5 biex tiddetermina l-Ispazju għall-Waqgħa (FC) meħtieġ.
2.6
WAQGĦAT BI TBANDIL (SWING FALLS): Il-Waqgħat bi Tbandil (Swing Falls) iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ
ma jkunx direttament fuq il-punt fejn isseħħ il-waqgħa (ara Figura 6). Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa
bi tbandil tista' tikkawża korriment serju jew mewt. Imminimizza il-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun
possibbli direttament taħt il-punt tal-ankraġġ. Tħallix li sseħħ waqgħa bi tbandil jekk hemm possibbiltà ta' korriment.
Il-waqgħat bi tbandil iżidu b'mod sinifikanti l-ispazju meħtieġ meta jiġi wżat Apparat li Jinġibed Lura (Self-Retracting
Device) jew subsistema oħra li tikkonnettja b'tul varjabbli.
2.7
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: It-tagħmir 3M huwa ddisinjat għall-użu ma' komponenti u subsistemi
approvati minn 3M biss. Sostituzzjonijiet jew bdil li jsir ma' komponenti jew subsistemi mhux approvati jistgħu
jipperikolaw il-kompatibilità tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa.
2.8
KOMPATIBILITÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta'
konnessjoni meta jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx
il-mekkaniżmi tal-bibien (gate mechanisms) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw
ruħhom. Ikkuntattja lit-3M jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kompatibilità.
Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-rings) għandhom ikunu kapaċi jirreżistu tal-anqas 20 kN (4,500 libra). Il-
konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (ara
Figura 7). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu
jkun marbut snap hook jew carabiner, ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha
l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew tal-carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li
l-bieba tinfetaħ (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħall mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.9
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jillokkjaw waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa.
Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Kun żgur li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u llokkjati.
Il-konnetturi 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott
għall-utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 8 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap
hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate).
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankra.
D.
Lil xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-kurdun (lanyard) jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur
kemm għall-kurdun kif ukoll għall-konnettur speċifikament jippermetti tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew li jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix il-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
154

Publicidad

loading