Mennekes Mode 2 Manual De Instrucciones página 96

Ocultar thumbs Ver también para Mode 2:
Tabla de contenido

Publicidad

Is-simboli użati
Dan is-simbolu jindika nota importanti.
Dan is-simbolu jindika informazzjoni addizzjonali
u utli.
Dan is-simbolu jindika attivitajiet li jistgħu jitwett-
qu biss minn elettriċista kwalifikat.
f Dan is-simbolu jindika sejħa għal azzjoni.
„ Dan is-simbolu jindika enumerazzjoni.
Î Dan is-simbolu jirreferi għal sezzjoni oħra f'dan
il-manwal tat-tħaddim.
Użu korrett
Il-kejbil tal-iċċarġjar jintuża għall-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi
u ibridi – f'dan id-dokument "vetturi" – ma' infrastruttura
xierqa tal-iċċarġjar.
F'każ ta' dubju, qabbad elettriċista kwalifikat biex
jiċċekkja l-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-idoneità
tagħha.
Kull użu ieħor huwa projbit u b'hekk jitqies skorrett. Il-kejbil
tal-iċċarġjar huwa sigur biss jekk jiġu osservati l-istruzzjoni-
jiet f'dan il-manwal tat-tħaddim flimkien mad-dokumentaz-
zjoni tal-vettura.
f Qabel ma tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, aqra dan il-manwal
tat-tħaddim u d-dokumentazzjoni tal-vettura.
f Waqt li tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, segwi l-istruzzjonijiet
ipprovduti.
In-nuqqas ta' dan jista' jirriżulta f'korriment ta' persuni u
danni materjali, bħal: xokk elettriku, ixxortjar jew nar.
Użu skorrett
Jekk il-kejbil ma jintużax kif suppost, jogħla r-riskju ta' kor-
rimenti ta' persuni u danni materjali. Dawn huma speċjalm-
ent projbiti:
„ Tibdil jew manipulazzjoni fil-wajers tal-kejbil tal-
iċċarġjar.
„ Il-konnessjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar ma' infrastruttura
tal-iċċarġjar difettuża jew mhux xierqa – pereżempju,
jekk ma tkunx iddisinjata għat-tagħbija kontinwa korri-
spondenti.
„ L-użu ta' kejbil tal-iċċarġjar difettuż.
Ir-responsabbiltà għal kull korriment ta' persuni u danni
materjali li jinħolqu minħabba f'użu skorrett hija tal-utent.
Id-ditta MENNEKES Stecker GmbH & Co. KG ma taċċetta
ebda responsabbiltà għal żbalji fit-tħaddim u ħsarat
ikkawżati minn użu skorrett.
92
Noti fundamentali dwar is-sigurtà
Osserva l-informazzjoni fil-qoxra – Figura 1.
Is-sitwazzjonijiet murija fil-figura 1 huma projbiti.
Jekk ma tevitax is-sitwazzjonijiet, hemm riskju ta'
korriment ta' persuni u danni materjali.
„ Żomm il-kejbil tal-iċċarġjar 'il bogħod mit-tfal.
„ Żomm il-kejbil tal-iċċarġjar 'il bogħod mill-annimali.
„ Tużax adapters jew kejbils ta' estensjoni.
„ Qabbad il-kejbil tal-iċċarġjar ma' infrastruttura tal-
iċċarġjar mingħajr ħsarat u xierqa.
„ Ipproteġi l-konnetturi u l-konnessjonijiet minn umdità u
likwidi.
„ Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar f'atmosferi potenzjalment
esplużivi fejn ikun hemm likwidi kumbustibbli, gassijiet
jew trabijiet.
„ Żomm l-apertura għall-ventilazzjoni miftuħa.
T
TWISSIJA
Danni materjali minn kondensazzjoni tal-ilma
Jekk tingħalaq il-ventilazzjoni, tista' tiġi kkawżata ħsara
fil-kejbil tal-iċċarġjar minħabba f'kondensazzjoni tal-ilma
(għall-ventilazzjoni, ara l-figura li ġejja).
f Dejjem żomm l-apertura miftuħa u nadifa.
f Tgħattix u twaħħal xejn fuq l-apertura.
f Iddeffisx oġġetti fit-toqob.
Figura: apertura għall-ventilazzjoni fil-qiegħ tal-għeluq pro-
tettiv

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido