Descargar Imprimir esta página

Ecom Tab-Ex 03 DZ1 Guia De Inicio Rapido página 65

Ocultar thumbs Ver también para Tab-Ex 03 DZ1:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 19
Kif tuża t-Tablet l-ewwel darba li tixgħelha
L-ewwel darba li tużaha qabbadha mad-dawl u ara li l-batterija tkun iċċarġjat kollha
qabel taqlagħha minn mad-dawl. Nissuġġerulek tuża dock tal-iċċarġjar jew apparat
għaż-żamma tat-tagħmir biex tiċċarġja t-tablet. Jekk tuża ċarġer USB-C li jaqbad
direttament mad-dawl, jekk jogħġbok ara li jiflaħ mill-inqas 18W u għandu dak kollu
mitlub mill-istandard USB-C. Biex tixgħel it-tablet, agħfas u żomm il-Buttuna tal-
ġenb.
Żomm f'moħħok:
Tista' tniżżel l-iġded verżjoni tal-informazzjoni dwar it-tagħmir mill-paġni
tal-prodotti nfushom billi żżur www.ecom-ex.com jew tista' titlobhom
direttament minn ECOM Instruments. Dawn il-Gwidi biex tibda malajr fihom
l-informazzjoni u r-regolamenti tas-sigurtà li għandek timxi magħhom. Jekk
ma timxix ma' dawn l-istruzzjonijiet u ma' din l-informazzjoni, jaf ikun hemm
konsegwenzi serji u tista' tkun qed tikser xi regolamenti. Jekk ikun hemm xi
dubju (minħabba nuqqas fit-traduzzjoni jew fl-istampar), il-verżjoni bl-Ingliż
għandha titqies it-tajba.
Informazzjoni importanti dwar il-Prodott u dwar is-Sigurtà u
t-twissijiet marbuta magħhom
• M'għandekx tiċċarġja t-tablet fi mkejjen perikolużi!
• It-tagħmir bil-ħsara m'għandux jintuża u għandu jintbagħat lil post għat-tiswijiet
awtorizzat biex tinstab il-problema.
• Jekk tinkiser il-ħġieġa, la għandek tmiss il-ħġieġ tat-tagħmir u lanqas m'għandek
tipprova tneħħi l-ħġieġ imkisser mit-tagħmir. Tkomplix tuża t-tagħmir qabel
tqabbad lil xi ħadd kwalifikat jibdillek il-ħġieġa tat-tagħmir.
• Ħaddem it-tagħmir tiegħek f'post fejn it-temperatura tkun bejn -20°C u +50°C.
It-tagħmir jaf jaħdem b'dewmin ikbar jekk it-temperatura tkun bejn -20°C u -10°C.
• Iċċarġja t-tagħmir tiegħek biċ-ċarġer suġġerit f'post fejn it-temperatura tkun bejn
0°C u +40°C.
• Ħares it-tagħmir tiegħek mill-ilma u mill-umdità. Biex tħares it-tagħmir mill-ilma u
mill-umdità, agħlaq l-għata tal-bokok kollha meta ma tkunx qed tużahom.
• Tkomplix tuża t-tablet jekk tisħon iktar mis-soltu, tagħmel xi riħa, titlef lewnha,
titlef il-forma tagħha jew jekk iseħħu xi ħwejjeġ oħra mhux tas-soltu int u tużaha,
tiċċarġjaha jew taħżinha.
• Tużax wajers jew plaggs bil-ħsara.
65

Publicidad

loading