Cosatto nitty gritty port Berlin Manual Del Usuario página 72

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 120
Ipprevjeni milli ċ- ċinturin tas-sit tat-tfal/ tal-vettura jiġi maqbud bejn il-bibien
tal-karozza jew ikun imħakkek ma' partijiet tas-sit li jaqtgħu.
Jekk iċ- ċinturin tas-sit tat-tfal/ iċ- ċinturin tal-vettura jinqata' jew jiżżarrat, ibdlu
qabel tivjaġġa.
Qatt tuża partijiet ta' sostituzzjoni minbarra dawk approvati minn Cosatto.
TWISSIJA: TIPPRUVAX iżżarma, tibdel jew iżżid ma' kwalunkwe parti
tas-sedil tal-karrozza għat-tfal jew tibdel il-mod li ċ-ċinturini tas-
sigurtà tal-vettura tiegħek huma magħmulin jew użati.
TWISSIJA: Is-sedil tal-karrozza għat-tfal u ċ-ċinturini tas-sigurtà tal-
vettura għandhom jinbidlu wara inċident. Għalkemm dawn jistgħu
jidhru li m'għandhomx ħsara, hemm ċans li dawn ma jipproteġux
it-tfal kif suppost.
TWISSIJA: TUŻAX dan is-sit tat-tfal għal-karozza ġod-dar. Dan ma
ġiex iddisinjat għall-użu domestiku u għandu jintuża biss fil-karozza
tiegħek.
Cosatto jissuġerixxi li s-sedil tal-karrozza għat-tfal m'għandux ikun mixtri jew
mibjugħ użat. Ħafna mis-sedili tal-karrozza għat-tfal akkwistati b'dan il-mod,
instabu li huma perikolużi.
NOTA: Is-sedil tal-karrozza għat-tfal jista' jimmarka t-tapizzerija tas-sedil
tal-vettura. Cosatto ma tistax tinżamm responsabbli għal ħsara jew marki fuq
it-tapizzerija tas-sedil tal-vettura.
Is-sigurtà hija garantita biss jekk is-sedil tal-karrozza għat-tfal ikun imwaħħal
skond dawn l-istruzzjonijiet.
Aqfel b'mod sigur kwalunkwe bagalji jew oġġetti li f'każ ta' ħabta jistgħu
jweġġgħu lil persuna li qiegħda fis-sedil tal-karrozza għat-tfal.
Jekk ma timxix ma' dawn l- istruzzjonijiet tista' tikkawża periklu, u
awtomatikament ser tkun qiegħed twaqqa' l-garanzija u Cosatto ma' jerfa' l-ebda
responsabbiltà .
Il-bokkla taċ-ċintorin ġiet iddisinjata b'tali mod li tista' tiġi maħlula faċilment f'każ
ta' emerġenza. MHUX REŻISTENTI GĦAT-TFAL. Tfal kurjużi jistgħu jitgħallmu
jneħħu l- bokkla. It-tfal għandhom ikunu avżati sabiex qatt ma jilagħbu mal-
bokkla taċ-ċintorin jew b'partijiet oħra tas-sit tat-tfal.
Huwa importanti li ċ-ċintorin ta' fuq iż-żaqq jiġi milbus 'l isfel sabiex it- tifel/ tifla
tkun marbuta sew.
Qatt tuża s-sit tat-tfal għal-karozza mingħajr il- kopertura tad- drapp (fabric cover)
tieghu għax il-kopertura tad-drapp tagħmel parti integrali mill-prestazzjoni.
Il-kopertura tad- drapp m'għandiex tiġi sostitwita mal-ebda prodott ieħor barra
dawk rakkomandati minn Cosatto.

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

Nitty gritty port edenNitty gritty port spectroluxe

Tabla de contenido