Struzzjonijiet Tat-Tħaddim; Konnessjoni Tal-Kompressur; Daħħal U Neħħi L-Musmar; L-Aġġustament Tal-Fond Tal-Penetrazzjoni Tal-Imsiemer - Kyocera TJEP GRF 34/100 Instrucciones De Seguridad Y Funcionamiento

Ocultar thumbs Ver también para TJEP GRF 34/100:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 39
• Ipproċedi b'attenzjoni akbar f'postijiet mhux familjari.
Jistgħu jkunu jeżistu perikli moħbija, bħal linji tal-
elettriku jew ta' utilitajiet oħrajn.
• Jekk l-għodda tintuża f'żona fejn hemm trab statiku,
tista' xxerred it-trab u tikkawża periklu. Jekk possibbli
dawwar l-egżost (E) lil hinn minn dawn iż-żoni.
• Fejn jinħolqu perikli ta' trab, il-prijorità għandha tkun li
jiġu kkontrollati fil-punt ta' emissjoni.
Struzzjonijiet ta' tħaddim

Konnessjoni tal-kompressur

• Ikkonnettja l-konnessjoni fuq il-pajp flessibbli tal-arja
mal-plakka tal-arja tal-għodda (H).
Daħħal u neħħi l-musmar
Ikkonnettja l-kompressur qabel ma ddaħħal
l-imsiemer. Jekk iddaħħal l-imsiemer qabel ma jiġi
kkonnettjat il-kompressur, l-imsiemer jistgħu jiġu
sparati bi żball. Ipponta ż-żennuna 'l bogħod minn
kwalunkwe persunal u żomm is-saba' 'l bogħod mill-
grillu meta ddaħħal il-musmar.
• Daħħal l-imsiemer fl-għodda b'magażin ta' "2 stadji":
· Daħħal l-istrixxa tal-imsiemer fil-magażin (I)
sakemm l-istrippa tal-imsiemer tkun qabżet
l-istopper tal-imsiemer (C).
· Iġbed il-pusher (D) sakemm ikun lil hinn mill-
istopper (C).
· Irrilaxxa l-pusher (D) b'mod ġentili sabiex tingaġġa
l-istrixxa tal-imsiemer u ddaħħalha fil-ponta ta'
quddiem.
• Neħħi l-imsiemer mill-għodda b'magażin ta' "2 stadji":
· Agħfas il-liver tar-rilaxx fuq il-pusher (D) u mejjel
l-għodda sabiex iżżerżaq l-istrixxa tal-imsiemer
lejn in-naħa ta' wara tal-magażin.
· Agħfas l-istopper tal-imsiemer (C) u żerżaq
l-istrixxa 'l barra.
• Daħħal l-imsiemer fl-għodda b'magażin ta' "3 stadji":
· Iġbed il-pusher (D) lejn il-parti ta' wara sakemm
ikun illokkjat mal-magażin fil-pożizzjoni fuq wara.
· Daħħal l-istrixxa tal-imsiemer fil-magażin (I).
· Irrilaxxa l-pusher (D) b'mod ġentili sabiex jimbotta
l-imsiemer fiż-żennuna
• Neħħi l-imsiemer mill-għodda b'magażin ta' "3 stadji":
· Iġbed il-pusher (D) għall-pożizzjoni tal-illokkjar ta'
wara.
· Oħroġ l-imsiemer barra mill-magażin (I).
L-aġġustament tal-fond tal-
penetrazzjoni tal-imsiemer
• L-għodda tista' tiġi mgħammra b'aġġustament tal-fond
tal-penetrazzjoni tal-imsiemer (A). Ittestja l-fond tal-
penetrazzjoni tal-imsiemer fuq biċċa ħażina għar-rimi
qabel ma tibda xogħlok.
• Dawwar in-knob (A) jew uża l-hex key biex taġġusta
l-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer.
• Irrepeti l-proċedura ta' hawn fuq sakemm issib is-
setting tal-fond tal-penetrazzjoni tal-imsiemer li tixtieq.
It-tħaddim tal-għodda
• L-għodda tista' tiġi mgħammra b'wieħed mil-grilli (F)
msemmija hawn taħt:
Grillu sekwenzjali uniku
• Biex tħaddem il-senter tal-imsiemer, agħfas il-brekit
tas-sikurezza mal-biċċa tax-xogħol, u iġbed il-grillu.
• Biex tħaddem is-senter tal-imsiemer mill-ġdid, ikollok
bżonn tirrilaxxa l-brekit tas-sikurezza kompletament u
tirrilaxxa l-grillu qabel ma tirrepeti l-proċedura ta'
hawn fuq.
Sparar bit-tħabbit
• A ttiva l-grillu, ħabbat il-brekit tas-sikurezza
mal-biċċa tax-xogħol, u jiġi sparat tir.
• Sabiex tattwa s-senter tal-imsiemer mill-ġdid, ikollok
bżonn terħi l-brekit tas-sikurezza kompletament qabel
ma tirrepeti l-proċedura ta' hawn fuq.
Grillu ta' selezzjoni
• L-għodda tista' tiġi mgħammra bi grillu ta'
selezzjoni. Dan jippermettilek li tagħżel bejn
sparar sekwenzjali uniku u sparar bit-tħabbit.
Skont il-mudell tal-għodda, dan jista' jsir jew:
· billi l-buttuna tal-iswiċċ tingħafas 'il quddiem jew
lura.
· billi l-buttuna tal-iswiċċ tingħafas 'il barra u
tiddawwar.
· billi l-buttuna tal-iswiċċ is-sewda tingħafas 'il
ġewwa u x-xaft tal-iswiċċ jiġi mċaqlaq.
It-tneħħija ta' musmar imweħħel
• Fil-każ ta' musmar imweħħel, skonnettja l-provvista
tal-arja qabel ma tieħu xi azzjoni. Ipponta l-għodda lil
hinn minnek jew minn xi ħadd ieħor.
• Irrilaxxa l-pusher biex tevita pressjoni fuq l-istrixxa
tal-imsiemer.
• Uża għodda xierqa eż. turnavit Phillips #2 biex
iddaħħlu fil-kanal tad-dħul.
• Taptap it-tornavit b'martell biex timbotta lura x-xafra
tad-dħul u tneħħi t-tweħħil.
Malti
111

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

100030Tjep 90/40Tjep es-500/40

Tabla de contenido