Siemens SIMATIC HMI Instrucciones De Servicio página 63

Paneles de operador, mobile panels 2nd generation
Ocultar thumbs Ver también para SIMATIC HMI:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 20
2
Informazzjoni dwar is-sigurtà
Industrial Security
Siemens tipprovdi prodotti u soluzzjonijiet b'funzjonijiet ta' sigurtà industrijali li jsostnu l-operat sigur ta' impjanti, sistemi,
magni u netwerks.
Għall-protezzjoni tal-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks kontra t-theddid ċibernetiku, huwa meħtieġ li jiġi implimentat
– u jinżamm kontinwament – kunċett ta' sigurtà industrijali olistiku u tal-ogħla livell. Il-prodotti u s-soluzzjonijiet ta' Siemens
jikkostitwixxu element wieħed ta' tali kunċett.
Il-klijenti huma responsabbli biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks
tagħhom. Tali sistemi, magni u komponenti għandhom ikunu konnessi ma' netwerk ta' intrapriża jew mal-Internet biss jekk u
sa fejn tali konnessjoni tkun meħtieġa u biss meta jiġu implimentati miżuri ta' sigurtà xierqa (eż. firewalls u/jew
segmentazzjoni tan-netwerk).
Għal informazzjoni addizzjonali dwar miżuri ta' sigurtà industrijali li jistgħu jiġu implimentati, jekk jogħġbok żur
(https://www.siemens.com/industrialsecurity).
Il-prodotti u s-soluzzjonijiet ta' Siemens jgħaddu minn żvilupp kontinwu li jagħmilhom aktar siguri. Is-Siemens tirrakkomanda
ħafna li l-aġġornamenti tal-prodott jiġu applikati malli jkunu disponibbli u li jintużaw il-verżjonijiet l-aktar reċenti tal-prodott.
L-użu ta' verżjonijiet tal-prodott li m'għadhomx appoġġati, u n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-aħħar aġġornamenti jista' jżid l-
esponiment tal-klijent għal theddid ċibernetiku.
Biex tibqa' infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott, abbona fl-RSS Feed tas-Sigurtà Industrijali tas-Siemens taħt
(https://www.siemens.com/cert).
Ċaħda ta' responsabbiltà għal aġġornamenti ta' softwer ta' partijiet terzi
Dan il-prodott jinkludi softwer ta' parti terza. Siemens AG tipprovdi biss garanzija għal aġġornamenti/patches tas-softwer ta'
parti terza, jekk dawn ikunu tqassmu bħala parti minn kuntratt ta' servizz ta' aġġornament tas-softwer ta' Siemens jew ikunu
ġew rilaxxati uffiċjalment minn Siemens AG. Inkella, l-installazzjoni ta' aġġornamenti/patches jaqgħu taħt ir-responsabbiltà
tiegħek. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar l-offerta tas-Servizz ta' Aġġornament tas-Softwer tagħna fuq l-Internet fuq
Software Update Service (https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109759444).
Noti dwar il-protezzjoni tal-kontijiet tal-amministraturi
L-utent bi privileġġi amministratur għandu għażliet estensivi ta' aċċess u manipulazzjoni fis-sistema.
Għalhekk, iżgura li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-kontijiet tal-amministratur biex jiġu evitati bidliet
mhux awtorizzati. Biex tagħmel dan, uża passwords siguri u kont tal-utent standard għal tħaddim normali. Miżuri oħra, bħall-
użu ta' politiki ta' sigurtà, għandhom jiġu applikati kif meħtieġ.
Aspetti ta' sigurtà għall-apparat HMI
Ara Linji Gwida ta' Sigurtà tal-Panel (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109481300)
Siemens AG
Digital Industries
Postfach 48 48
90026 NÜRNBERG
ĠERMANJA
Mobile Panels 2nd Generation
Mobile Panels 2nd Generation
A5E51884596-AA, 05/2022
62
A5E51884596-AA, 05/2022

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido