Descargar Imprimir esta página

Echo DCS-310 Manual Del Operario página 326

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 177
10
ISTRUZZJONIJIET TAL-
QTUGĦ
PERIKLU
Ara li l-imnieħer jew il-ponta tal-istanga gwida ma jmissu
ma' xejn sakemm l-apparat ikun qed jaħdem biex tevita
kickback.
10.1
ĠENERALI
Stampa 8-9.
L-operazzjoni tas-serrieq mekkaniku hi dejjem kompitu ta'
persuna waħda.
Xi kultant diffiċli tieħu ħsieb is-sigurtà tiegħek u għalhekk
tassumix responsabbiltà għal xi assistent ukoll.
Wara li tkun tgħallimt it-tekniċi bażiċi ta' kif tuża s-serrieq, l-
aħjar għajnuna għalik ikun is-sens komuni tajjeb tiegħek
stess.
Il-mod aċċettat ta' kif iżżomm is-serrieq hu li toqgħod fuq in-
naħa tax-xellug tas-serrieq b'idek ix-xellugija fuq il-manku
ta' quddiem ħalli tkun tista' tħaddem l-iswiċċ tal-grillu bis-
saba' indiċi tal-lemin.
Qabel ma tipprova taqta' siġra, aqta' xi ftit zkuk jew friegħi
ta' siġar maqtugħin. Kun familjari sew mal-kontrolli u r-
risposti tas-serrieq.
Ixgħel l-apparat u ara li jkun qed jaħdem tajjeb.
M'hemmx bżonn tagħfas bil-qawwi biex is-serrieq jaqta'.
Jekk il-katina tkun imsinna tajjeb, il-qtugħ għandu jkun
relativament mingħajr sforz.
Xi materjal jista' jaffettwa b'mod avvers il-qafas tas-serrieq
mekkaniku (pereżempju aċidu tas-siġra tal-palma, fertilizzant,
eċċ.)
Biex tevita deterjorament tal-qafas, neħħi bil-mod it-trab
kollu ppakkjat tas-serrieq minn madwar l-isprokit u l-erja tal-
istanga gwida u aħsel bl-ilma.
10.2
QTUGĦ TA' SIĠRA
Stampa 10-12.
Siġra li tkun ser taqa' tista' tikkawża ħsara serja lil kull ma
tolqot - karozza, dar, ċint, linja tal-enerġija jew siġra oħra.
Hemm modi kif twaqqa' siġra fejn tridha u allura iddeċiedi
fejn għandha taqa' l-ewwel! Qabel ma taqta' naddaf l-erja
madwar is-siġra. Ser ikollok bżonn pożizzjoni soda waqt li
taħdem u għandek tkun tista' topera s-serrieq mingħajr ma
tolqot ebda ostaklu.
1. Imbagħad agħżel direzzjoni ta' rtirar.
Meta s-siġra tibda taqa' għandek tersaq lura 'l bogħod
mid-direzzjoni tal-waqgħa f'angolu ta' 45 gradi u tal-
inqas 3 m miz-zokk tas-siġra ħalli tevita li z-zokk
jolqtok minn fuq il-biċċa spuntata li waqgħet.
2. Ibda mill-qatgħa fuq in-naħa fejn tkun waqgħet is-
siġra.
Malti
a) Talja: 1/3 ta' dijametru u angolu minn 30˚ sa 45˚
b) Qatgħa ta' wara: 2.5 sa 5 cm iktar għolja
c) Injama ta' ċappetta mhux maqtugħa: 1/10 tad-
dijametru
Aqta' talja bejn wieħed u ieħor 1/3 tat-triq ġos-siġra.
Il-pożizzjoni ta' din it-talja hi importanti għax is-siġra
tipprova taqa' "ġewwa" t-talja.
Il-qtugħ tat-twaqqigħ isir fuq in-naħa opposta tat-
talja. Agħmel il-qtugħ tat-twaqqigħ billi tpoġġi l-
bamper bil-ponot tal-metall 2.5 cm sa 5 cm 'il fuq
mill-qiegħ tat-talja u ieqaf aqta' bejn wieħed u ieħor
1/10 dijametru tat-tarf ta' ġewwa tat-talja sabiex tħalli
l-porzjon mhux maqtugħ tal-injama bħala ċappetta.
Tippruvax taqta' sat-talja bil-qtugħ tat-twaqqigħ. L-
injam li jibqa' bejn it-talja maqtugħa u l-qtugħ tat-
twaqqigħ ser jaġixxi bħala ċappetta meta taqa' s-siġra
u jmexxiha fid-direzzjoni mixtieqa.
Meta s-siġra tibda taqa', waqqaf l-apparat, poġġi s-
serrieq fuq l-art u irtira kemm jista' jkun malajr.
3. Qtugħ ta' siġra kbira.
Biex taqta' siġra kbira.b'dijametru li jkun iktar mid-
doppju tat-tul tal-istanga, ibda l-qtugħ tat-talja minn
naħa waħda u iġbed is-serrieq għan-naħa l-oħra tat-
talja.
Ibda l-qatgħa ta' wara min naħa waħda tas-siġra bil-
bamper bil-ponot tal-metall ingaġġat u dawwar is-
serrieq biex jifforma t-talja mixtieqa fuq dik in-naħa.
Imbagħad neħħi s-serrieq għat-tieni qatgħa.
Daħħal is-serrieq fl-ewwel qatgħa bir-reqqa kollha
biex ma tikkaġunax kickback.
Il-qatgħa finali ssir billi tmexxi s-serrieq 'il quddiem
fil-qatgħa ħalli jilħaq ċ-ċappetta.
10.3
KIF TAQTA' L-FRIEGĦI TA'
SIĠRA.
Stampa 13.
Tisserrax 'il fuq mill-għoli tas-sider.
Biex taqta' l-friegħi ta' siġra li tkun waqgħet trid tagħmel
kważi l-istess bħallikieku qed tagħmel bucking.
Qatt tneħħi fergħa minn siġra meta tkun qed iżżomm il-piż
tiegħek.
Oqgħod attent mill-ponta meta tmiss friegħi oħra.
Dejjem uża jdejk it-tnejn.
Taqtax bis-serrieq fuq nett jew bl-istanga f'pożizzjoni
vertikali.
Jekk is-serrieq ikollu kickback, jista' jkun li ma jkollokx
kontroll biżżejjed tajjeb biex tevita korriment.
Kun af kif il-fergħa tkun stressjata
Jekk għandek friegħi ħoxnin, ibda minn barra għal
ġewwa biex tevita li l-istanga u l-katina jeħlu.
327
KAWTELA
MT

Publicidad

loading