Malti
• Meta tinstalla, għandek tuża ċ-ċejmber għall-wajers (6ES7393-4AA00-0AA0), jew tikkrea firda ta' mill-
inqas 50 mm (thread length minimu) bejn iċ-ċirkwiti li m'humiex minnhom innifishom żguri billi ddaħħal
partizzjoni. Barra min hekk, it-terminals iridu jiġu iżolati iżjed (per eżempju b'tubu tat-tip li jinxtorob).
Wajers Ex ( i ) għall-alimentazzjoni, b'vajlori
Ċejmber għal
wajers
Wajers Ex ( i ) għas-sinjali, b'vajlori
Jista' jiġri wkoll li ma jinżammx it-thread length minimu bejn il-modules individwali, per eżempju meta
modules Ex jintużaw flimkien ma' modules normali. Jekk it-thread length minimu bejn il-partijiet konduttivi
ta' modules Ex u ta' modules normali jkun anqas minn 50 mm, għandek dawn il-possibbiltajiet biex
iżżomm it-thread length bejn il-modules:
1. Uża l-mifred iżolanti reżistenti għall-isplużjonijiet (6ES7 195-1KA00-0XA0) f'konnessjoni ma' moduli
bus fuq backplane bus attiva.
2. Jew inkella, jekk m'għandekx moduli bus fuq backplane bus attiva, tista' wkoll tuża l-modulu "dummy"
DM 370 (6ES7 370-0AA01-0AA0).
• Sabiex tuża l-inputs għat-tiqjis bl-ogħla valuri msemmija għal konnessjoni ma' transmitters attivi
(alimentati b´mod remot), għandek tgħatti l-outputs 3 u 12 tas-sensers għat-tiqjis fuq il-plagg
konnekters ta' quddiem, permezz ta' caps tal-plastik xierqa.
• Meta tkun qiegħed tiwwajerja, oqgħod attent li tifred sew wajers li huma minnhom innifishom żguri
minn ma' dawk li m'humiex. Għandhom jitqiegħdu ġewwa kanali separati.
• Il-module analogu għandu jitħaddem b' "vultaġġ extra-baxx għal protezzjoni". Dan ifisser li f'dawn il-
modules jista' jitħalla biss li jkun hemm vultaġġ ta' Um ≤ 250 V, anke f'każ ta' żball.
A5E42132375-AA
Konnekter għal
proċessi, li jorbot
b'vit
Malti