396
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati
biex jissostitwixxui displej eżistenti. Dawn id-displejs huma maħsuba għal
installazzjoni professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa. Dawn mhumiex
maħsuba jew ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe
applikazzjoni oħra ma ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.
Noti Importanti
•
F'sitwazzjonijiet ta' temperaturi u umidità estremi, tista' tosserva kondensazzjoni bejn
is-sensor u d-displej. Sabiex tnaqqas din il-kundizzjoni, poġġi l-unità fejn ser tintuża
u ħalli perjodu ta' stabbilizzazzjoni ambjentali ta' 24 siegħa qabel ma tixgħel id-
displej. Kull kondensazzjoni li tinnota hija temporanja u mhux ser ikollha effetti fit-
tul fuq l-operat tad-displej.
•
Inti avżat li kull tibdil jew modifika għat-tagħmir li mhuwiex approvat espressament
mill-parti responsabbli għall-konformità jista' jħassar il-garanzija tiegħek.
Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, żomm il-plakka, u tiġbidx mill-wajer.
•
•
Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew
sajjetti.
•
Ftakar li tqis li t-temperatura operattiva tal-installazzjoni tista' tkun ogħla minn dik
tal-kamra, u għandek tikkunsidra li tinstalla l-unità f'ambjent li huwa kompatibbli
mal-ogħla temperatura operattiva effettiva. L-ispeċifikazzjonijiet jinsabu fl-iskeda ta'
data tal-prodott fuq is-sit web ta' 3M Touch Systems fuq http://www.3m.com/touch/.
•
Il-3M Multi-Touch Chassis Display jista' ma jaħdimx kif suppost f'altitudnijiet ogħla
minn 2000 metru.
•
3M Touch Systems tirrakkomanda li tnaddaf bil-vakwu jew tissostitwixxi l-filtru tal-
fan mill-inqas kull sitt xhur jew jekk ikun hemm tlugħ sinifikanti fit-temperatura tal-
wiċċ.
•
Meta tinstalla l-unità, kun ċert li din ma tirrestrinġiex il-fluss tal-arja lejn kwalunkwe
tagħmir ieħor fl-installazzjoni meħtieġ għall-operat sikur.
•
Karatteristika inerenti tas-sensor tal-PCT huwa d-disinn ta' grilja fina li jista' jkun
viżibbli taħt ċertu kundizzjonijiet tad-dawl.
•
Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni xierqa sabiex
tevita li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod affidabbli u kontinwu.
•
Tesponix dan id-displej għad-dawl tax-xemx jew sħana diretta. Is-sħana passiva tista'
tikkawża ħsara lill-kaxxa u partijiet oħrajn.
•
Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet estremi.
Pereżempju, tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista' jipproduċi
vibrazzjonijiet qawwijin. Il-vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-displej biex juri
stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow bagħtuta.
All manuals and user guides at all-guides.com
Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch Chassis Display
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.