Importanti: Żomm dawn l-istruzzjoni
MT
sabiex tirreferi għalihom fil-futur.
Informazzjoni importanti ta' sigurtà
Ġenerali:
• TWISSIJA: QATT tħalli t-tarbija tiegħek waħedha.
• TWISSIJA: Kun ċert li l-apparati li ssakkar bihom huma mqabbdin
qabel tuża.
• TWISSIJA: Sabiex tipprevjeni milli jkorru t-tfal, tħallix it-tfal ħdejk
waqt li tkun qiegħed tiftaħ jew tagħlaq il-prodott.
• TWISSIJA: Tħalliex it-tfal tiegħek jilagħbu b'dan il-prodott.
• TWISSIJA: Dan il-prodott mhuwiex addattat għall- ġiri jew skejzjar.
• TWISSIJA: Qabel tuża ċċekkja li l-partijiet li jitwaħħlu mas-sedil,
mal-kerrikot jew mas-sedil tal-karozza għat-tfal huma mwaħħlin tajjeb.
• Tużax partijiet ta' sostituzzjoni jew aċċessorji oħra minflok dawk approvati minn Cosatto.
• Jiġi provdut basket għall-ġarr li jiflaħ 2kg ta' affarijiet, imqassma ndaqs.
• Fuq in-naħa ta' wara tas-sedil hemm żewġt ibwiet tax-xibka li fihom tista' iġġorr sa piż massimu ta' 250g f'kull but,
imqassma ndaqs.
• Jiġi pprovdut basket li fih tista' iżżomm l-affarijiet biex tbiddel lit-tarbija tiegħek (l-istil ivarja). Dan jesa' sa piż
massimu ta' 2 kilogrammi.
• Tagħbija żejda fuq il-manku jew fuq wara ta' fejn jistrieħ id-dahar jew fuq il-ġnub tal-vettura jistgħu jaffetwaw
l-istabilità u s-sigurtà tal-vettura.
• Tuża l-ebda pjattaforma ma dan il-prodott għax tista' trendi l-prodott perikoluż.
• Dejjem għamel il-brejk meta tkun qiegħed tpoġġi jew tneħħi t-tarbija mill-vettura.
• Iġġorrx żewġt itfal fuq dan il-prodott.
• Dan il-prodott jaqbel mar-regolamenti BS EN 1888:2012.
Il-mod tal-kerrikot:
• Il-kerrikot jista' jiġi użat separatament mir-roti ta' taħt (chassis). F'dan il-mod:
• Il-kerrikot huwa addattat mit-twelid.
• Jista' jintuża biss f'pożizzjoni ċatta u minduda.
• TWISSIJA: Dan il-prodott huwa addattat biss għal tfal li ma jafux
ipoġġu minn jeddhom.
• TWISSIJA: Uża biss fuq wiċċ li hu sodd, ta' livell u xott.
• TWISSIJA: Tħallix tfal jilagħbu ħdejn il-kerrikot jekk ma jkollhomx nies
magħhom.
• TWISSIJA: Tużaħx jekk hemm xi parti mkissra, mqatta' jew nieqsa.
• TWISSIJA: Qatt tuża il-kerrikot fuq qagħda soda (stand).
• Dan il-kerrikot huwa tajjeb biss għal tfal li ma jistgħux ipoġġu jekk ma jkollhomx għajnuna, iduru u li ma jkunux
jistgħu iqumu fuq idejhom u fuq irkupptejhom. Piż massimu tat-tfal: 9 kg.
• Kun konxju tar-riskji li jġibu magħhom nirien miftuħa u sorsi oħra ta' sħana qawwija, ħdejn il- kerrikot.
• Il-manku tal-ġarr u l-bażi tal-kerrikot għandhom jiġu ċċekjata regolarment għal sinjali ta' ħsara jew ikunux qdiemu.
• Qabel iġġorr jew tgħolli, kun ċert li l-manku li bih iġġorr il-kerrikot huwa illokkjat fil-pożizzjoni t-tajba.
• Ir-ras tat-tarbija ma għandha qatt tkun aktar baxxa mil-bqija tal-ġisem tat-tarbija.
• Tużax saqqijiet oħra.
• Dan il-kerrikot jaqbel mar-regolamenti BS EN 1466:2014.