LG PC09SQNSJ Manual Del Usuario página 264

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 28
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAS-SIGURTÀ
Aqra l-prekawzjonijiet f'dan il-manwal bir-
reqqa qabel tibda topera l-apparat
Dan is-simbolu jindika li l-Manwal tat-
Tħaddim għandu jinqara b'attenzjoni.
AQRA L-ISTRUZZJONIJIET KOLLHA QABEL TUŻA L-APPARAT.
Segwi dejjem il-prekawzjonijiet li ġejjin biex tevita sitwazzjonijiet ta' periklu u biex
tiżgura l-aqwa prestazzjoni tal-prodott tiegħek\
TWISSIJA
!
Meta tinjora d-direzzjonijiet, dan jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt
ATTENZJONI
!
Meta tinjora d-direzzjonijiet, dan jista' jirriżulta f'korriment sekondarju jew ħsara fil-
prodott
TWISSIJA
!
• Installazzjoni jew tiswijiet li jsiru minn persuni mhux ikkwalifikati jistgħu jirriżultaw
f'perikli għalik u għal ħaddieħor.
• Ix-xogħol tal-installazzjoni għandu jsir skont il-Kodiċi Nazzjonali tal-Elettriku minn
persunal kwalifikat u awtorizzat biss.
• L-informazzjoni fil-manwal hija maħsuba biex tintuża minn tekniku tas-servizz
ikkwalifikat li jkun familjari mal-proċeduri tas-sigurtà u mgħammar b'għodda xierqa
u bi strumenti għall-ittestjar.
• Jekk ma taqrax u ma ssegwix l-istruzzjonijiet kollha f'dan il-manwal b'attenzjoni,
dan jista' jirriżulta fi ħsara fil-prodott, ħsara fuq il-proprjetà, korriment personali
u/jew mewt.
• Il-konformità mar-regolamenti nazzjonali tal-gass għandha tiġi osservata.
• It-tubi konnessi mat-tagħmir m'għandux ikun fihom sors li jqabbad.
Installazzjoni
• Tużax circuit breaker difettuż jew ta' kwalità baxxa. Uża breaker u fjus b'rati
korretti. Hemm riskju ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
• Għal xogħol elettriku, ikkuntattja lin-negozjant, il-bejjiegħ, elektrixin ikkwalifikat,
jew Ċentru ta' Servizz Awtorizzat. Ma għandekx iżżarma jew issewwi l-prodott
waħdek. Hemm riskju ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
• Dejjem iggrawndja l-prodott skont id-dijagramma tal-wajers. Tikkonnettjax il-
grawnd wajer mal-arblu għas-sajjetti ta' pajpijiet tal-gass jew tal-ilma jew grawnd
wajer tat-telefown. Hemm riskju ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAS-SIGURTÀ
Dan l-apparat huwa mimli b'refriġerant li
jaqbad (R32).
Dan is-simbolu jindika li persuna ta'
servizz għandha tkun qed timmaniġġja
dan it-tagħmir b'referenza għall-Manwal
t'Installazzjoni
3
(għal R32)

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido