DeLonghi DOLCE VITA ELETTRICO Manual De Instrucciones Para El Uso página 171

Toallero eléctrico
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 51
SIMBOLI UŻATI FIL-MANWAL
IMPORTANTI!
PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA TA' PERSUNI, PETS U
OĠĠETTI.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' XOKK ELETTRIKU.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' ĦSARA LILL-APPARAT.
TWISSIJA
ATTENZJONI: Xi partijiet minn dan
il-prodott jistgħu jisħu ħafna u
jikkaġunaw ħruq. Attenzjoni partikolari
għandha tingħata meta tfal u persuni
vulnerabbli jkunu preżenti.
Tfal li għadhom m'għalqux it-3 snin
għandhom jinżammu 'l bogħod mit-towel
warmer kemm-il darba ma jkunux taħt
sorveljanza kontinwa.
Tfal li għandhom bejn it-3 snin u inqas
minn 8 snin jistgħu jixgħelu/jitfu l-apparat
biss kemm-il darba dan ikun tqiegħed
jew ġie installat fil-pożizzjoni ta' ħidma
normali maħsuba għalih u jkunu ngħataw
superviżjoni jew struzzjonijiet rigward
l-użu tal-apparat b'mod sikur u li jifhmu
l-perikli involuti. Tfal bejn it-3 u t-8 snin ma
jistgħux jiskonnettjaw, jirregolaw u jnaddfu
l-apparat jew iwettqu manutenzjoni tal-
utent. Dan l-apparat jista' jintuża minn
tfal mill-età ta' 8 snin u aktar u persuni li
għandhom kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew
mentali mnaqqsa jew nuqqas a' esperjenza
u għerf jekk ikunu ngħataw superviżjoni
jew struzzjonijiet rigward l-użu tal-apparat
b'mod sikur u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal
m'għandhomx jilgħabu bl-apparat. It-tindif
u l-manutenzjoni tal-utent m'għandux isir
minn tfal mingħajr superviżjoni.
TWISSIJA:
Dan l-apparat hu disinnjat u magħmul
biss biex jixxotta xugamanu maħsula
bl-ilma biss. M'għandux jintuża għal
skopijiet oħra.
IMPORTANTI!
TEMPERATURI GĦOLJIN.
RISKJU TA' ĦRUQ.
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
EFFIĊJENTI.
M'GĦANDEKX TGĦATTI L-APPARAT!
Qatt m'għandek tinstalla l-apparat:
- eżatt taħt jew quddiem sokit tad-dawl jew
junction box (Fig. 6)
- f'kuntatt mal-ħajt jew il-paviment
- qrib purtieri, materjal infjammabbli jew
kombustibbli jew reċipjenti taħt pressjoni.
TWISSIJA:
Irrispetta d-distanzi murija f'figuri 4, 5.
Sabiex jiġu evitati riskji lil tfal żgħar, installa
l-apparat bl-aktar element baxx tat-tisħin
tal-anqas 600 mm mill-art. (Fig. 4).
Installa u uża l-apparat kif deskritt f'dawn
l-istruzzjonijiet biss.
Jekk il-kejbil tal-provvista għandha l-ħsara, din
trid tinbidel mill-manifattur, l-aġent tas-servizz
jew persuni oħra kkwalifikati sabiex tevita
l-periklu. Qatt m'għandek tuża l-apparat jekk
il-kontrolli elettroniċi jkollhom il-ħsara.
Kun żgur li l-linja tad-dawl fissa tiġi mgħammra
bi swiċċ li jiskonnettja li jippermetti l-apparat
biex jiġi skonnettjat kompletament minn
mal-mejns tad-dar, li jinkludi l-Wajer Pilota,
meta preżenti, b'mod konformi mar-regoli ta'
tqegħid ta' wajers.
TWISSIJA:
Qatt m'għandek tgħatti b'xi mod it-tagħmir
tal-kontrolli. (Fig. 6)
L-apparat fih kwantità preċiża ta' fluwidu
speċjali. It-tiswijiet kollha meħtieġa mill-
apparat biex jinfetaħ għandhom isiru minn
professjonist ikkwalifikat. F'każ ta' tnixxijat
taż-żejt, ikkuntattja l-aġent lokali tiegħek jew
professjonist kwalifikat.
Ir-rimi ta' dan l-apparat u l-fluwidu li hemm
fl-apparat għandu jsir b'mod konformi mal-
leġiżlazzjoni fis-seħħ għar-rimi ta' żejt u
l-ġestjoni ta' skart.
169
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido