Emmaljunga NXT 2in1 Manual De Instrucciones página 260

Tabla de contenido

Publicidad

Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
• Jekk xi parti minn dan il-manwal mhix ċara jew teħtieġ tiġi spjegata aktar, jekk
jogħġbok ikkuntattja bejjiegħ bl-imnut awtorizzat ta' Emmaljunga, u jkun jista'
jgħinek.
• Timmodifikax dan il-prodott għaliex jista' jikkomprometti s-sigurtà tat-tifel/tifla
tiegħek. Il-manifattur MHUWIEX responsabbli għal kwalunkwe modifika li ssir lill-
prodott.
• Tpoġġix oġġetti fuq il-kappa. Qatt tuża l-pram mingħajr il-kappa.
• Iġġorx aktar tfal jew basktijiet fuq il-puxċer.
• Il-pram/puxċer huma intenzjonati għat-trasport biss. Qatt tuża l-pram bħala sodda
għat-tifel/tifla.
• Toqgħodx wieqaf u tpoġġix fuq il-post fejn isserraħ is-saqajn. Il-post fejn isserraħ
is-saqajn għandu jintuża biss għal tifel/tifla wieħed/waħda (1) biex iserħu saqajhom.
Kwalunkwe użu ieħor jista' jwassal għal korriment personali serju. It-tagħbija mas-
sima għall-post fejn isserraħ is-saqajn hija 3 kg.
• Kull tagħbija li titpoġġa fuq il-pram/puxċer (eż. il-manku, id-dahar jew jew in-naħat
tal-ġenb tal-pram) taffettwa l-istabbiltà tal-pram. Tużax aċċessorji li mhumiex
approvati.
• Iżżidx saqqijiet addizzjonali oħra fil-benniena. Uża biss is-saqqu Emmaljunga
oriġinali li huwa inkluż mal-prodott.
• L-oġġetti fit-trej tax-xiri m'għandhomx joħorġu mill-ġnub għax l-oġġetti jistgħu
jinqabdu fil-mgħażel tar-rota.
• L-unità tas-sedil jew il-Pram Body M'GĦANDHOMX jintużaw bħala car seat.
• Għal car seats użati flimkien ma' chassis, dan il-pram ma tissostitwixxix kott jew sod-
da. Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandhom bżonn jorqdu, għandek tpoġġihom f'post
xieraq bħal kott jew sodda.
• Qatt tiġbed warajk pram/puxċer li għandha r-roti ta' quddiem li jduru. Il-pram/
puxċer tista' ddur waħedha u twassal għal riskju għas-sigurtà jekk m'intix prudenti u
attent.
• Qatt tuża l-pram/puxċer biex titla' jew tinżel taraġ. Dejjem uża lift biex tmur minn
pjan għall-ieħor jew minn livell għal livell ieħor. Jekk ma tistax tevita li tuża taraġ,
kun ċert li tneħħi lit-tifel/tifla tiegħek mill-pram/puxċer u li m'hemmx tfal fil-puxċer
jew fejn il-pram/puxċer.
• Qatt tuża il-pram/puxċer fuq skalaturi.
• Tużax dan il-prodott f'irwiefen qawwija jew fil-maltemp.
• Jekk jogħġbok innota li stazzjonijiet ferrovjarji ta' taħt l-art jistgħu jikkawżaw żieda
f'daqqa fil-pressjoni tal-arja (riħ jew vakwu). Qatt tqiegħed dan il-prodott ħdejn
kwalunkwe binarju mingħajr ma jkollok
• idejk it-tnejn fuq il-manku hekk kif l-appart ta' brejking waħdu jaf ma jkunx biżżejjed
biex iżomm il-puxċer tiegħek f'postu b'mod sigur.
• Taqsamx il-binarji meta t-tifel/tifla tiegħek qegħdin fil-puxċer jew fil-pram. Ir-roti
jistgħu jeħlu!
• Meta qed tuża trasport pubbliku (tal-linja, ferrovija taħt l-art, ferrovija eċċ.) mhuwiex
biżżejjed li tuża l-parking brejk tal-pram biss. Il-pram jista' jkun li tkun esposta għal
kundizzjonijiet (brejking, dawrin, tumbati fit-toroq, aċċelerazzjoni f'salt eċċ.) li ma
ġietx ittestjata għalihom skont l-istandard EN1888 attwali. Segwi r-rakkomandazz-
jonijiet u l-istruzzjonijiet rigward l-ankraġġ sigur tal-prams waqt it-trasport li huma
obbligati li jipprovdu l-operaturi tat-trasport pubbliku.
• Dan il-prodott m'għandux jintuża bħala apparat għal trattament mediku. Dan il-
prodott huwa ddisinjat u mibni skont l-istandard EN1888 Jekk it-tifel/tifla tiegħek
għandhom bżonnijiet mediċi speċjali rigward it-trasportazzjoni, għandek tikkon-
sulta t-tabib tiegħek.
260
NXT 2in1 v1.0

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido