Emmaljunga NXT 2in1 Manual De Instrucciones página 261

Tabla de contenido

Publicidad

Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
• Parking / Tiwi / Ħażna
• Dejjem applika l-brejkijiet kull meta l-pram/puxċer tkun wieqfa.
• Il-brejk dejjem għandu jintuża meta tgħolli t-tifel/tifla tiegħek għall-ġol pramm jew
mill-pram.
• Qatt tipparkja l-pram fuq għolja jew wiċċ mhux lixx.
• Dejjem oħroġ lit-tifel/tifla tiegħek qabel ma tilwi l-pram.
• Ara li t-tfal ma jkunux f'pożizzjoni li jinqabdu f'partijiet li jiċċaqalqu jekk taġġusta
l-pram/puxċer.
• Aħżen il-pram/puxċer fejn ma jilħquhx it-tfal meta ma jkunx qed jintuża.
• Meta jiġu f'kuntatt ma' art tal-PVC jew materjali tal-plastik oħra, it-tajers jistgħu
jikkawżaw tibdil fil-kulur. Dejjem uża protezzjoni għar-roti jekk il-pram/puxċer
jinħażen fuq uċuħ delikati.
• Kif Tieħu Ħsieb il-Prodott, il-Manutenzjoni, L-Ispare parts
• Segwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u l-manutenzjoni
tiegħu.
• Qatt tuża dan il-prodott jekk parti minnu għandu xi diffett jew ħsara.
• Iċċekkja li ż-żippijiet u l-poppers u marbutin sewwa qabel l-użu.
• Uża biss parts għas-sostituzzjoni li huma oriġinali jew approvati mill-manifattur.
• L-aċċessorji jew spare parts li l-manifattur ma approvax m'għandhomx jintużaw.
• It-tajers tal-arja jista' jkun fihom ammont ikkontrollat ta' idrokarburi polijaromatiċi
PAH. Immaniġġja t-tajers b'attenzjoni, it-tiswija u tibdil ta' tajers jew tubi ta' ġewwa
għandu jsir minn professjonisti biss. Qatt tħalli t-tfal jilagħbu bil-pram/puxċer jew
bit-tajers.
• Ġenerali
• L-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u d-direzzjonijiet f'dan il-manwal ma jistgħux
ikopru l-kundizzjonijet kollha possibbli u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li jistgħu
jinqalgħu. Wieħed irid jifhem li s-sens komun, il-kawtela u l-mod ta' kif tieħu ħsieb
prodott huma fatturi ma jistgħux jiġu integrati f'prodott. Dawn il-fatturi jaqgħu
taħt ir-responsabbiltà tal-persuna/i li qed jieħdu ħsieb jew jużaw il-pram. Huwa
importanti li dawn l-istruzzjonijiet jinftiehmu u jiġu segwiti minn kull min juża l-
pram u l-aċċessorji. Dejjem avża u agħti l-istruzzjonijiet lil kull persuna li tuża l-pram
u l-aċċessorji dwar kif għandhom jintużaw, anke jekk il-persuna/i ser jużawhom
għal żmien qasir. Ara li l-utenti kollha għandhom il-kapaċitajiet fiżiċi u l-esperjenza
neċessarja biex iħaddmu din il-vettura.
NXT 2in1 v1.0
ML
261

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido