Eaton Crouse-Hinds Serie Información Seguridad página 23

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 8
L-Istruzzjonijiet dwar is-Sigurtà għal soluzzjoniijet Multiplexer HART tal-
L-informazzjoni segwenti hi skond il-Kundizzjonijiet Essenzjali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Anness II) tad-Direttiva tal-
EU 2014/34/UE [id-Direttiva ATEX - sigurtà tal-apparat] u hi pprovduta għal dawk il-postijiet fejn id-Direttiva ATEX hi
applikabbli .
Ġenerali
a) Dan l-apparat jeħtieġ li jiġi installat, imħaddem u mantenut biss minn persuni kompetenti. Dawn il-persuni jeħtieġ
li jkunu ngħataw taħriġ, li jkun inkluda struzzjonijiet dwar it-tipi varji ta' protezzjoni u prattiċi ta' installazzjoni,
ir-regoli u r-regolamenti relevanti, u dwar il-prinċipji ġenerali taż-żona tal-klassifikazzjoni. Għandu jingħata taħriġ ta'
aġġornament adatt fuq bażi regolari. [Ara klawsola 4.2 ta' EN 60079-17].
b) Dan l-apparat ġie ddisinjat biex jipprovdi protezzjoni kontra l-perikli addizzjonali relevanti kollha imsemmija fl-Anness
II tad-direttiva, bħal ma huma dawk f'klawsola 1.2.7.
c) Dan l-apparat ġie ddisinjat biex josserva l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' EN 60079-15.
Installazzjoni
a) L-installazzjoni trid tikkonforma mar-regolamenti Ewropej, nazzjonali u lokali adatti, li jistgħu jinkludu referenza għall-
kodiċi ta' prattika IEC 60079-14. B'żieda ma' dan, industriji partikolari jew utenti finali jista' jkollhom kundizzjonijiet
speċifiċi relatati mas-sigurtà tal-installazzjoni tagħhom u dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu osservati wkoll. Għall-
parti l-kbira tal-installazzjonijiet, id-Direttiva 1999/92/KE [id-Direttiva ATEX - sigurtà fl-installazzjoni] hi applikabbli
wkoll .
b) Jekk ma jkunx diġa' protett mid-disinn, dan l-apparat għandu jkun protett minn għeluq adatt kontra: ‫ ‏‬‎ i ) stress
mekkaniku u termiku aktar minn dawk permessi fid-dokumenti ta' ċertifikazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ii)sostanzi aggressivi, trab eċċessiv, indewwa u kontaminanti oħra.
Aqra wkoll il-Kondizzjonijiet Speċjali għal Użu Bla Periklu (taħt) għal kull informazzjoni addizzjonali jew aktar speċifika.
Kundizzjonijiet Speċjali ta' Użu Sigur għal applikazzjonijiet ta' Żona 2
a)
Meta użat f'Żona 2, it-tagħmir għandu jiġi installat f'żona ta' mhux aktar minn 2 gradi ta' tniġġiż
skont IEC60664-1, u f'interkjużura li tipprovdi grad minimu ta' protezzjoni ta' IP 54 u jħares mar-
rekwiżiti rilevanti ta' EN 60079-0 U EN 60079-15.
b)
Il-konnessjonijiet kollha għat-tagħmir u l-konnessjonijiet interni bejn il-moduli li jiffurmaw it-tagħmir,
ma jridux jiddaħħlu jew jitneħħew, ħlief jekk, jew iż-żona li fiha t-tagħmir ikun installat tkun
magħrufa li mhijiex perikoluża, jew jekk iċ-ċirkuwiti konnessi jkunu ġew deenerġizzati.
c)
It-tagħmir iċċertifikat li miegħu l-HCU16-xxx ikun konness, irid ikun mgħammar b'tagħmir ta'
protezzjoni temporanja (transient protection devices) li jissodisfa r-rekwiżiti ta' klawsola 13 ta'
IEC60079-15: 2010 .
d)
Madankollu, dan it-tagħmir irid ikun derivat minn provvista tad-dawl regolata li tkun konformi mar-
rekwiżiti tad-Direttivi tal-Komunità Ewropea.
Spezzjonijet u manutenzjoni
a) L-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni għandhom isiru skond ir-regolamenti Ewropej, nazzjonali u lokali li jistgħu jirreferu
għall-istandards IEC 60079-17. Barra minn hekk, industriji speċifiċi jew utenti finali jista' jkollhom kondizzjonijiet
speċifiċi li għandhom jkunu osservati wkoll.
b) M'għandux ikun hemm aċċess għaċ-ċirkwit intern waqt it-tħaddim.
Tiswija
a) Dan il-prodott ma jistax jissewwa mill-utent u għandu jiġi sostitwit bi prodott ekwivalenti li jkun iċċertifikat.
Immarkar
Kull oġġett hu mmarkat b'konformità mad-Direttiva u mmarkat CE bin-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Korp Notifikat.
Din l-informazzjoni tapplika għall-prodotti MTL4850 manifatturati matul jew wara s-sena 2008.
INA4850 Rev 5
medda MTL4850
21

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

Mtl4850

Tabla de contenido