Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
• Jekk xi parti minn dan il-manwal mhix ċara jew teħtieġ tiġi spjegata aktar, jekk
jogħġbok ikkuntattja bejjiegħ bl-imnut awtorizzat ta' Emmaljunga, u jkun jista'
jgħinek.
• Timmodifikax dan il-prodott għaliex jista' jikkomprometti s-sigurtà tat-tifel/tifla
tiegħek. Il-manifattur MHUWIEX responsabbli għal kwalunkwe modifika li ssir
lill-prodott.
• Tpoġġix oġġetti fuq il-kappa. Qatt tuża l-pram mingħajr il-kappa.
• Iġġorx aktar tfal jew basktijiet fuq il-puxċer.
• Il-pram/puxċer huma intenzjonati għat-trasport biss. Qatt tuża l-pram bħala
sodda għat-tifel/tifla.
• Toqgħodx wieqaf u tpoġġix fuq il-post fejn isserraħ is-saqajn. Il-post fejn
isserraħ is-saqajn għandu jintuża biss għal tifel/tifla wieħed/waħda (1) biex
iserħu saqajhom. Kwalunkwe użu ieħor jista' jwassal għal korriment personali
serju. It-tagħbija massima għall-post fejn isserraħ is-saqajn hija 3 kg.
• Kull tagħbija li titpoġġa fuq il-pram/puxċer (eż. il-manku, id-dahar jew jew
in-naħat tal-ġenb tal-pram) taffettwa l-istabbiltà tal-pram. Tużax aċċessorji li
mhumiex approvati.
• Iżżidx saqqijiet addizzjonali oħra fil-benniena. Uża biss is-saqqu Emmaljunga
oriġinali li huwa inkluż mal-prodott.
• L-oġġetti fit-trej tax-xiri m'għandhomx joħorġu mill-ġnub għax l-oġġetti
jistgħu jinqabdu fil-mgħażel tar-rota.
• L-unità tas-sedil jew il-carrycot M'GĦANDHOMX jintużaw bħala car seat.
• Għal car seats użati flimkien ma' chassis, dan il-pram ma tissostitwixxix kott jew
sodda. Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandhom bżonn jorqdu, għandek tpoġġihom
f'post xieraq bħal kott jew sodda.
• Qatt tiġbed warajk pram/puxċer li għandha r-roti ta' quddiem li jduru. Il-pram/
puxċer tista' ddur waħedha u twassal għal riskju għas-sigurtà jekk m'intix pru-
denti u attent.
• Qatt tuża l-pram/puxċer biex titla' jew tinżel taraġ. Dejjem uża lift biex
tmur minn pjan għall-ieħor jew minn livell għal livell ieħor. Jekk ma tistax te-
vita li tuża taraġ, kun ċert li tneħħi lit-tifel/tifla tiegħek mill-pram/puxċer u li
m'hemmx tfal fil-puxċer jew fejn il-pram/puxċer.
• Qatt tuża il-pram/puxċer fuq skalaturi.
• Tużax dan il-prodott f'irwiefen qawwija jew fil-maltemp.
• Jekk jogħġbok innota li stazzjonijiet ferrovjarji ta' taħt l-art jistgħu jikkawżaw
żieda f'daqqa fil-pressjoni tal-arja (riħ jew vakwu). Qatt tqiegħed dan il-prodott
ħdejn kwalunkwe binarju mingħajr ma jkollok
• idejk it-tnejn fuq il-manku hekk kif l-appart ta' brejking waħdu jaf ma jkunx
biżżejjed biex iżomm il-puxċer tiegħek f'postu b'mod sigur.
• Taqsamx il-binarji meta t-tifel/tifla tiegħek qegħdin fil-puxċer jew fil-pram. Ir-
roti jistgħu jeħlu!
• Meta qed tuża trasport pubbliku (tal-linja, ferrovija taħt l-art, ferrovija eċċ.)
mhuwiex biżżejjed li tuża l-parking brejk tal-pram biss. Il-pram jista' jkun li tkun
esposta għal kundizzjonijiet (brejking, dawrin, tumbati fit-toroq, aċċelerazzjoni
f'salt eċċ.) li ma ġietx ittestjata għalihom skont l-istandard EN1888 attwali. Seg-
wi r-rakkomandazzjonijiet u l-istruzzjonijiet rigward l-ankraġġ sigur tal-prams
waqt it-trasport li huma obbligati li jipprovdu l-operaturi tat-trasport pubbliku.
• Dan il-prodott m'għandux jintuża bħala apparat għal trattament mediku. Dan
il-prodott huwa ddisinjat u mibni skont l-istandard EN1888/EN1466. Jekk it-ti-
fel/tifla tiegħek għandhom bżonnijiet mediċi speċjali rigward it-trasportazzjoni,
għandek tikkonsulta t-tabib tiegħek.
240
NXT90 Classic v 1.0