Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
• Parking / Tiwi / Ħażna
• Dejjem applika l-brejkijiet kull meta l-pram/puxċer tkun wieqfa.
• Il-brejk dejjem għandu jintuża meta tgħolli t-tifel/tifla tiegħek għall-ġol pramm
jew mill-pram.
• Qatt tipparkja l-pram fuq għolja jew wiċċ mhux lixx.
• Dejjem oħroġ lit-tifel/tifla tiegħek qabel ma tilwi l-pram.
• Ara li t-tfal ma jkunux f'pożizzjoni li jinqabdu f'partijiet li jiċċaqalqu jekk
taġġusta l-pram/puxċer.
• Aħżen il-pram/puxċer fejn ma jilħquhx it-tfal meta ma jkunx qed jintuża.
• Meta jiġu f'kuntatt ma' art tal-PVC jew materjali tal-plastik oħra, it-tajers jistgħu
jikkawżaw tibdil fil-kulur. Dejjem uża protezzjoni għar-roti jekk il-pram/puxċer
jinħażen fuq uċuħ delikati.
•
• Kif Tieħu Ħsieb il-Prodott, il-Manutenzjoni, L-Ispare parts
• Segwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u l-manutenzjoni
tiegħu.
• Qatt tuża dan il-prodott jekk parti minnu għandu xi diffett jew ħsara.
• Iċċekkja li ż-żippijiet u l-poppers u marbutin sewwa qabel l-użu.
• Uża biss parts għas-sostituzzjoni li huma oriġinali jew approvati mill-manifattur.
• L-aċċessorji jew spare parts li l-manifattur ma approvax m'għandhomx
jintużaw.
• It-tajers tal-arja jista' jkun fihom ammont ikkontrollat ta' idrokarburi
polijaromatiċi PAH. Immaniġġja t-tajers b'attenzjoni, it-tiswija u tibdil ta' ta-
jers jew tubi ta' ġewwa għandu jsir minn professjonisti biss. Qatt tħalli t-tfal
jilagħbu bil-pram/puxċer jew bit-tajers.
•
• Ġenerali
• L-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u d-direzzjonijiet f'dan il-manwal ma jistgħux
ikopru l-kundizzjonijet kollha possibbli u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li
jistgħu jinqalgħu. Wieħed irid jifhem li s-sens komun, il-kawtela u l-mod ta'
kif tieħu ħsieb prodott huma fatturi ma jistgħux jiġu integrati f'prodott. Dawn
il-fatturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-persuna/i li qed jieħdu ħsieb jew
jużaw il-pram. Huwa importanti li dawn l-istruzzjonijiet jinftiehmu u jiġu segwiti
minn kull min juża l-pram u l-aċċessorji. Dejjem avża u agħti l-istruzzjonijiet lil
kull persuna li tuża l-pram u l-aċċessorji dwar kif għandhom jintużaw, anke jekk
il-persuna/i ser jużawhom għal żmien qasir. Ara li l-utenti kollha għandhom il-
kapaċitajiet fiżiċi u l-esperjenza neċessarja biex iħaddmu din il-vettura.
NXT90 Classic v 1.0
ML
241