Descargar Imprimir esta página

Siemens SIMATIC KP Serie Instrucciones De Servicio Resumidas página 65

Componentes del sistema para paneles pro

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 20
AVVIŻ
Vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal
Il-prodott għandu jitħaddem b'vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal (SELV, PELV). Għal aktar informazzjoni
dwar il-vultaġġ sikur u funzjonali baxx ħafna iżjed min-normal, irreferi għall-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
Ikkonforma man-noti u t-twissijiet fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
AVVIŻ
Periklu mekkaniku
L-Extension Unit titqabbad ma' apparat SIMATIC PRO. Iżgura li l-apparat PRO u l-Extension Unit ma jaqgħux waqt l-
assemblaġġ u t-tneħħija.
Uża l-apparat PRO u l-Extension Unit bi driegħ ta' appoġġ jew sistema ta' pedestall xierqa għall-applikazzjoni tiegħek li
tiggarantixxi grad ta' protezzjoni mhux inqas minn IP65. Id-driegħ ta' appoġġ jew is-sistema tal-pedestall u l-qfil assoċjati
għandhom ikunu dimensjonati għall-forzi kollha li jaġixxu fuq il-piż totali tal-apparat PRO u tal-Extension Unit flimkien.
Osserva n-noti fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim assoċjati u d-dokumentazzjoni tad-driegħ ta' appoġġ/sistema ta'
pedestall.
AVVIŻ
Mingħajr approvazzjoni għall-użu f'żoni perikolużi
L-Extension Unit mhix approvata għall-użu f'żoni perikolużi.
Nota
Installa l-iskanner tal-RFID skont l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
Meta skanner tal-RFID jiġi installat f'Extension Unit xierqa, il-proprjetajiet tar-radju tal-iskanner tal-RFID m'għandhomx jiġu
modifikati. Biex dan jiġi żgurat, segwi l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni li jinsabu fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim.
Il-kompatibbiltà elettromanjetika
L-apparat huwa maħsub biex jitħaddem f'ambjenti industrijali tal-EMC.
Iżgura li l-installazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-EMC kif deskritt fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza/immunità ta' interferenza
It-tħaddim tal-apparat jista' jikkawża interferenza tar-radju f'ambjenti residenzjali.
Huma meħtieġa miżuri addizzjonali jekk ikunu mistennija interferenzi EMC ogħla fil-post tal-użu minn dawk maħsuba għall-
ambjenti industrijali skont l-EN61000-6-2 (pereżempju l-ESD).
Grad ta' protezzjoni IP65
AVVIŻ
Korriment personali jew ħsara lill-proprjetà minħabba siġilli bil-ħsara
L-apparati għandhom grad ta' protezzjoni IP65 fuq kull naħa meta jiġu installati kif suppost. Jekk is-siġilli tal-apparat ikunu
bil-ħsara, pereżempju, matul ix-xogħol ta' manutenzjoni, l-umdità jew il-likwidi jistgħu jidħlu fl-apparat, fl-egħluq jew fil-
kabinett. Dan jista' jikkawża short circuit jew xokk elettriku u jwassal għal korriment personali jew ħsara lill-proprjetà.
Iċċekkja l-apparat u s-siġilli tiegħu għall-integrità qabel l-assemblaġġ. Oqgħod attent/a li ma tagħmilx ħsara lis-siġilli tal-
apparat waqt ix-xogħol ta' assemblaġġ u manutenzjoni.
64
Extension Units, Extension Units KPxx
A5E52377644-AA, 11/2022

Publicidad

loading