Descargar Imprimir esta página

Engelbert Strauss DuPont Kevlar Manual Del Usuario página 26

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 12
MT
Avviżi importanti għall-utenti biex jiġu
ssodisfati l-funzjonijiet ta' sikurezza.
Jekk jogħġbok, aqra l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel ma tuża l-prodott.
Dan il-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 89/686/KEE u l-aktar
tard sal-21/04/2019 ma' dawk tar-Regolament (UE) 2016/425.
A) Informazzjoni ġenerali: tipi ta' tagħmir protettiv għall-irkupptejn
L-imħaded protettivi għall-irkupptejn huma tagħmir għall-protezzjoni tal-irkupptejn użat minn
persuni f'qagħda għarkupptejhom.
Tagħmir protettiv għall-irkupptejn tat-tip 1: tagħmir protettiv indipendenti mill-ilbies li jitwaħħal
mar-riġel. Tagħmir protettiv għall-irkupptejn tat-tip 2: materjali tal-fowm plastiku jew imħaded
oħra fil-bwiet, mal-qliezi jew imwaħħla mal-qalziet b'mod permanenti. Il-pożizzjoni tat-tagħmir
protettiv tat-tip 2 rigward il-qalziet tista' tkun fissa jew aġġustabbli. Tagħmir protettiv għall-
irkupptejn tat-tip 3: tagħmir mhux imwaħħal mal-ġisem, iżda jadatta ruħu għaċ-ċaqliq tal-utent.
Jista' jkun hemm għal kull irkoppa weħidha jew għat-tnejn flimkien. Tagħmir protettiv għall-
irkupptejn tat-tip 4: tagħmir protettiv għal waħda mill-irkupptejn jew it-tnejn li huma, li jifforma
parti minn tagħmir b'funzjonijiet addizzjonali, bħalma huma l-oqfsa li jservu ta' għajnuna biex
wieħed iqum bilwieqfa jew is-siġġijiet maħsuba għal qagħda ta' wieħed għarkupptejh. It-tagħmir
protettiv jista' jkun imwaħħal mal-ġisem jew jintuża b'mod indipendenti mill-ġisem.
Livelli ta' protezzjoni:
X=
Il-livell ta' protezzjoni jiġi indikat taħt il-piktogramma
Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tiegħek għall-ispeċifikazzjonijiet
X
tal-prodotti mwaħħla fuqhom.
Jeżistu tliet livelli ta' protezzjoni:
Livell 0: tagħmir protettiv għall-irkupptejn adattat għal superfiċi lixxa li ma jipprovdix protezzjoni
kontra t-titqib. Livell 1: tagħmir protettiv għall-irkupptejn adattat għal superfiċi lixxa jew mhux
lixxa li jipprovdi protezzjoni kontra t-titqib b'forza ta' (100±5) N. Dawn l-imħaded mhumiex adat-
tati għal superfiċi ppuntati li jaqbżu l-għoli ta' 1 cm u li xi punt tagħhom ikun suġġett għal
pressjoni ogħla minn 100 N (pereżempju fil-minjieri jew il-barrieri). Livell 2: tagħmir protettiv
għall-irkupptejn adattat għall-użu f'superfiċi lixxa jew mhux lixxa t f'ċirkostanzi diffiċli li jipprovdi
protezzjoni kontra t-titqib b'forza ta' (250±10) N.
Użu: tagħmir protettiv għal kull attività jew xogħol f'qagħda ta' wieħed għarkupptejh f'superfiċi
varji. Applikazzjoni/speċifiċitajiet: Ara t-tabella fil-paġna 1. It-tagħmir protettiv għandu jitwaħħal
mal-parti ta' fuq u ta' isfel tar-riġel bi strixxi tal-velkro b'tali mod li tkun koperta ż-żona tal-ir-
koppa. L-istrixxi jridu jiġu ffissati b'mod parallel u mhux inkroċjati. Il-qfil tal-velkro jrid dejjem
iħares ‚il barra. Dan it-tagħmir protettiv jista' jintlibes ‚il fuq mill-ilbies normali tax-xogħol jew
anki direttament mal-ġilda. L-imħaded għall-irkupptejn la huma reżistenti għall-kimiċi u lanqas
għas-sħana u n-nar. Skont ix-xogħol konkret li jrid jitwettaq, l-utent għandu jilbes tagħmir ta' pro-
tezzjoni personali addizzjonali (pereżempju nuċċali protettiv, elmu, ...). Il-livell ta' protezzjoni jrid
jiġi eżaminat minn qabel għal kull każ individwali jew aġġustat b'kunsens mal-manifattur. L-użi
kollha mhux definiti jridu jiġu ċċarati permezz tal-komunikazzjoni mal-manifattur. Il-manifattur
jeskludi kull responsabbiltà għal ħsarat ikkawżati minn użu inadegwat, bħal-liwi u t-tgħawwiġ
żejjed.
50
Twissijiet:
– L-imħaded għall-irkupptejn mhumiex adattati għall-użu, pereżempju, bħala tagħmir tas-
sikurezza f'żoni b'periklu ta' waqgħat.
– Sabiex jiġi evitat ir-rifluss venuż tad-demm fir-riġlejn u tiġi żgurata ċirkolazzjoni normali
tad-demm, ikun tajjeb li l-utent jibdel il-pożizzjoni ta' ġismu jew iqum bilwieqfa ta' spiss waqt
li jinsab f'qagħda għarkupptejh.
– Oqgħod għarkupptejk f'qagħda wieqfa, mhux bilqiegħda fuq għarqbejk.
– Ikkonsulta lit-tabib f'każ ta' rkupptejn jew tartaruni minfuħa waqt xogħol
f'qagħda għarkupptejk.
– Bidla fil-kundizzjonijiet tal-ambjent bħat-temperatura tista' taffettwa b'mod sinifikanti l-
prestazzjoni tat-tagħmir protettiv għall-irkupptejn.
– L-ebda tagħmir protettiv għall-irkupptejn ma jista' jipprevjeni kull korriment.
– Daqs wieħed għall-adulti bejn 50-100 kg. Piż li jaqbeż il-100 kg jista' jnaqqas il-prestazzjoni.
– It-temperaturi li jaqbżu l-50° jistgħu jnaqqsu l-prestazzjoni tat-tagħmir protettiv.
– Dan it-tagħmir protettiv għall-irkupptejn mhuwiex adattat għax-xogħol fuq il-ġebel jew
oġġetti ppuntati bħal fil-minjieri u l-barrieri!
Il-marka tal-prodott tinkludi dawn li ġejjin:
– l-iskadenza hija
MM/JJJJ
– Il-lott huwa „Lot"
– „Unisize" tfisser daqs wieħed
– It-tip ta' protezzjoni għall-irkupptejn huwa indikat bħala „type"
– Il-livell ta' protezzjoni huma indikat bħala „Level"
– Protezzjoni għall-irkoppa leminija: „this side top right"
– Protezzjoni għall-irkoppa xellugija: „this side top left"
Materjali mhux ta' ħsara: Il-materjali mhux qed jirrelaxxaw sustanzi tossiċi, karċinoġeni,
mutaġeni, allerġeni u tossiċi għar-riproduzzjoni u b'hekk mhumiex ta' ħsara.
Avviż rigward il-kura tal-prodott:
Tista' tnaddaf it-tagħmir protettiv għall-irkupptejn b'responsabbiltà tiegħek stess, però mhux
b'temperatura li taqbeż it-30°C. Agħlaq l-istrixxi tal-velkro qabel il-ħasil.
Reżistenza għall-ilma: L-imħadda ta' protezzjoni għall-irkupptejn hija reżistenti għall-ilma. Ma
twettaqx, però, eżami ta' reżistenza għall-ilma.
‚Eżami tat-tagħmir protettiv għall-irkupptejn: Tniġġis żejjed, modifiki jew użu żbaljat jistgħu
jnaqqsu b'mod perikoluż il-prestazzjoni tat-tagħmir protettiv għall-irkupptejn. Oqgħod attent(a)
li tagħlaq b'mod korrett l-istrixxa tal-velkro. Tagħmir protettiv bi ħsara ma jistax jissewwa. It-
tagħmir protettiv bi ħsara fil-wiċċ, l-istrixxi, il-ħjatat jew il-qfil ma jipprovdux protezzjoni .
Ħażna u trasport: L-imħadda għall-irkupptejn għandha dejjem tiġi maħżuna u ttrasportata f'post
mhux umduż, mhux sħun u protett mid-dawl tax-xemx.
Skadenza: L-imħaded fuqhom data ta' skadenza bl-indikazzjoni tax-xahar u s-sena (MM/JJJJ)
u numru tal-lott. Ix-xedd u l-kedd normali huma eżentati mid-data ta' skadenza relatata mat-
taqdim.
Rimi: Imħaded bi ħsara jistgħu jintremew mal-iskart domestiku normali.
Komponenti ewlenin: Ethylenvinylacetat (EVA), kloropren, DuPont™ Kevlar®, poliamide.
Id-dikjarazzjoni ta' konformità tinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:
www.engelbert-strauss.com/declaration-of-conformity
MT
51

Publicidad

loading

Este manual también es adecuado para:

83.71.5608371561