3M PROTECTA CABLOC Manual Del Usuario página 128

Ocultar thumbs Ver también para PROTECTA CABLOC:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 206
1.2
LIMITAZZJONIJIET: Is-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc trid tintuża ma' sistema tas-sigurtà għal sellum
approvata tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta' 3M. Uża biss ħabel b'bażi soda b'dijametru ta' 8 mm (5/16 pulzier) mas-
Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala'. Is-sistema tas-sigurtà għal sellum jeħtieġ li jkollha angolu massimu ta' 15° mill-vertikali.
Is-sistema tas-sigurtà għal sellum tista' tiġi kkonfi gurata bi jew mingħajr assorbitur tal-enerġija in-line tal-aqwa kwalità.
Iż-żewġ konfi gurazzjonijiet ġew ittestjati u approvati għall-użu mas-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala'.
It-temperatura minima li s-Sleeve tal-Ħabel li Tista' Tinqala', inkluż irfi d riġidu, hija approvata għaliha hi -30°C (-22°F).
Is-Sleevetal-Ħabel li Tista' Tinqala' ta' Cabloc jeħtieġ li titqabbad direttament ma' rbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu
approvat bil-carabiner inkluża (Figura 2, J). Tużax apparat konnettiv minbarra l-carabiner li hi parti mis-Sleeve tal-Ħabel
li Tista' Tinqala' ta' Cabloc.
2.0 REKWIŻITI TAS-SISTEMA
2.1
KUMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI U SUBSISTEMI: Dan it-tagħmir huwa maħsub biex jintuża ma' komponenti u
subsistemi approvati tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta' 3M. L-użu ta' komponenti u subsistemi mhux approvati (jiġifi eri
rbit tas-sikurezza, lanyards, eċċ.) jista' jhedded il-kumpatibbiltà tat-tagħmir, u jista' jaff ettwa s-sigurtà u l-affi dabbiltà
tas-sistema kompleta. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-installazzjoni jew l-adegwatezza ta' dan it-tagħmir għall-
applikazzjoni tiegħek, ikkuntattja lil Protezzjoni Kontra Waqgħa ta' 3M.
2.2
KUMPATTIBBILTÀ TAL-KONNETTURI: (Ara Figura 3)
Qabbad il-carabiner (A) mad-D-Ring ta' quddiem (B).
2.3
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: (Ara Figura 4)
Snap hooks u carabiners tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta' 3M m'għandhomx jitqabbdu:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor imqabbad miegħu.
B.
Ma' xulxin.
 Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
3.0 OPERAT U UŻU
3.1
UŻU TAS-SISTEMA TA' CABLOC: QABEL KULL UŻU spezzjoni s-sistema u s-sleeve tal-ħabel skont is-sezzjoni 5.0.
Ivverifi ka mill-marki tat-tikketta li s-sistema ġiet spezzjonata formalment fl -aħħar sena. TUŻAX sistema ta' Cabloc li ma
tinżammx kif suppost u TITLAX struttura li mhix f'kundizzjoni tajba. Spezzjona s-sleeve tal-ħabel li tista' tinqala' skont
is-Sezzjoni 5.3. Spezzjona l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu skont l-istruzzjonijiet tal-manifatur. Spezzjona s-Sistema
tas-Sigurtà ta' Ħabel Vertikali ta' Cabloc skont is-Sezzjoni 5.4.
3.2
IPPJANA l-użu tiegħek tas-sistema ta' Cabloc qabel tibda x-xogħol. Ikkunsidra l-fatturi kollha li se jaff ettwaw is-sigurtà
tiegħek qabel tibda xogħlok.
Żgura li s-sistema hija kklassifi kata għall-għadd ta' utenti meħtieġ.
Hemm perikli assoċjati mat-tqabbid u l-iskonnettjar minn mas-sistema. Uża sistema ta' protezzjoni li twaqqaf waqgħa
sekondarja. Żgura li punti ta' ankraġġ, pjattaformi ta' llandjar, jew mezzi oħra adegwati huma disponibbli fi l-punti tat-
tqabbid u l-iskonnettjar biex jippermettu tranżizzjonijiet siguri minn u lejn is-sistema.
Id-distanza minima tal-waqgħa meħtieġa biex jaħdem it-tagħmir hija 2m (7 piedi) bejn is-saqajn tal-utent u l-wiċċ
taħtu. L-utent jista' ma jkunx protett milli jolqot l-art jew jillandja fl -ewwel 2m (7 piedi) ta' tlugħ jew l-aħħar 2m (7
piedi) ta' nżul. Uża proċeduri ta' tlugħ xierqa (eż., żomm 3 punti ta' kuntatt b'idejk u saqajk) meta titla' jew tinżel
kwalunkwe porzjoni tas-sellum li mhix protetta mis-sistema ta' Cabloc.
Uża proċeduri tas-sigurtà xierqa meta tkun qed titla'/tinżel. Iġġorrx għodda jew tagħmir b'idejk. Żomm idejk liberi
biex titla'/tinżel. Ara li l-oġġetti li ġġorr ikunu siguri biex tevita li twaqqagħhom fuq nies li qed jitilgħu taħtek. Itla' sa
fejn inti kapaċi biss. Tlugħ fi t-tul jista' jirrikjedi diversi waqfi et ta' mistrieħ matul it-tlugħ/l-inżul biex tevita wisq għeja.
Uża tagħmir ta' ppożizzjonar tax-xogħol xieraq għal waqfi et ta' mistrieħ. TITLAX f'riħqawwi jew temp aħrax.
Żgura li utent wieħed biss qed jitla' bejn il-gwidi tal-ħabel.
3.3
IKKONNETTJA S-SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA' TINQALA' MAL-ĦABEL LI JĠORR: Ara Figura 2 għall-identifi kazzjoni
tal-komponenti msemmija fi l-passi li ġejjin:
Pass 1. Ippożizzjona s-sleeve b'tali mod li l-vleġġa li tipponta 'l fuq tas-sleeve (I) tkun qed tipponta lejn id-direzzjoni
tat-tlugħ. (Ara Figura 5)
Pass 2. Iġbed il-pinn tar-rilaxx (G) 'il barra sal-pożizzjoni l-aktar 'il barra possibbli. (Ara Figura 6)
Pass 3. Dawwar il-manku (D) għall-pożizzjoni 'l fuq sħiħa tiegħu. (Ara Figura 7)
Pass 4. Dawwar is-sleeve fuq in-naħa tagħha u daħħal il-ħabel (A) ġos-slott fuq quddiem tas-sleeve. Wara li l-ħabel ikun
ġie installat fi s-slott, dawwar is-sleeve 'l fuq. Itlaq il-manku (D) biex issakkar is-sleeve fuq
il-ħabel. (Ara Figura 8)
Pass 5. Żgura li l-pinn tar-rilaxx qiegħed fi l-pożizzjoni msakkra (imbottat 'il ġewwa) qabel l-użu.(Ara Figura 9)
3.4
IKKONNETTJA S-SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA' TINQALA' TA' CABLOC MAL-IRBIT TAS-SIKUREZZA:
 Qabbad il-carabiner fuq is-sleeve (Figura 2, J) mad-D-Ring ta' quddiem tal-irbit tas-sikurezza għall-ġisem sħiħ (Figura 1,
G) li qiegħed għat-tlugħ ta' sellum. Id-D-Ring jinsab fuq iċ-ċentru tal-gravità tal-utent u jinsab ċentralment ħdejn l-isternu.
 L-irbit tas-sikurezza għall-ġisem sħiħ għandu jiġi aġġustat kif xieraq biex joqgħod kemm jista' jkun issikkat. Tużahx
jekk ikun maħlul. Jekk l-irbit tas-sikurezza jinħall waqt li tkun tiela' jew nieżel, aġġustah sew minn pożizzjoni sigura.
 Il-konnessjoni bejn is-sleeve u l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu tista' ssir qabel jew wara li s-sleeve tkun ġiet
installata fi l-ħabel li jġorr.
 Meta tkun qed tikkonnettja, żgura li l-bieba tal-carabiner hi kompletament magħluqa u msakkra.
128

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido