3M DBI SALA 7234034 Manual De Instrucciones página 139

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 48
INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà kollha li tinstab f'dawn l-istruzzjonijiet qabel l-użu ta' dan il-Konnekter
tal-Ankraġġ. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN POSSIBBILMENT JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet jeħtieġ li jingħataw lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun tista' tirreferi għalihom fil-futur.
Użu Intenzjonat:
Dan l-Konnekter tal-Ankraġġ huwa intenzjonat li jintuża bħala parti minn sistema ta' protezzjoni kompluta kontra waqgħa personali.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra li tinkludi, iżda mhux limitata għal, immaniġġjar ta' materjal, attivitajiet rikreazzjonali jew relatati mal-isport, jew
attivitajiet oħra mhux deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent, mhuwiex approvat minn 3M u jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt.
Dan it-tagħmir għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Dan il-Konnekter tal-Ankraġġ huwa parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa personali. Huwa mistenni li l-utenti kollha jkunu mħarrġa b'mod
sħiħ fl-installazzjoni sigura u l-operat tas-sistemi tagħhom ta' protezzjoni kontra waqgħa personali. L-użu ħażin ta' dan it-tagħmir jista' jirriżulta
f'korriment serju jew mewt. Għal għażla, operat, installazzjoni, manutenzjoni, u servizz kif suppost, irreferi għal dawn l-Istruzzjonijiet għall-Utent u għar-
rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lis-superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lis-Servizz Tekniku ta' 3M.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol b'Konnekter tal-Ankraġġ li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew
mewt:
-
Spezzjona t-tagħmir qabel kull użu, mill-inqas darba fis-sena, u wara kwalunkwe avveniment ta' waqgħa. Spezzjonah skont l-Istruzzjonijiet għall-
Utent.
-
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-tagħmir mis-servizz u sewwieh jew ibdlu skont l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Kwalunkwe tagħmir li kien suġġett għal waqfien ta' waqgħa jew forza ta' impatt irid jitneħħa mis-servizz immedjatament u jinqered.
-
It-tagħmir irid jiġi installat biss fis-substrati speċifikati jew fuq strutturi ddettaljati fl-Istruzzjonijiet għall-Utent. L-installazzjonijiet u l-użu barra mill-
iskop ta' din l-istruzzjoni, iridu jiġu approvati mill-Protezzjoni għal Kontra l-Waqgħat ta' 3M.
-
Is-substrat jew l-istruttura li magħhom ikun imwaħħal l-konnekter tal-ankraġġ iridu jkunu kapaċi jifilħu t-tagħbijiet statiċi għall-ankra fl-
orjentazzjonijiet permessi fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Qabbad subsistemi tal-protezzjoni kontra l-waqgħat oħra mal-punt ta' konnessjoni ta' ankraġġ apposta fuq it-tagħmir biss.
-
Qabel ma ttaqqab bi drill jew tissikka, żgura li l-ebda linji tal-elettriku, linji tal-gass, jew sistemi integrati kritiċi oħra mhuma se jiġu f'kuntatt mad-
drill jew l-apparat.
-
Żgura li s-sistemi/subsistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa immuntati minn komponenti magħmula minn manifatturi differenti, huma kompatibbli
u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi, standards, jew rekwiżiti oħrajn applikabbli ta' protezzjoni kontra
waqgħa. Dejjem ikkonsulta Persuna Kompetenti jew Ikkwalifikata qabel tuża dawn is-sistemi.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tissaporti b'mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-xogħol fl-għoli. Ikkonsulta lit-tabib
tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir tiegħek ta' protezzjoni kontra waqgħa.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta' waqgħa mingħajr l-ebda trażżin (free fall) massima tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa li ma jgħaddix mill-ispezzjoni ta' qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati oħra, jew jekk għandek tħassib
dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M bi kwalunkwe mistoqsijiet li għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta' subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operat ta' dan it-tagħmir. Uża konnessjonijiet kompatibbli biss. Ikkonsulta
lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma' komponenti jew subsistemi oħrajn li mhumiex deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet addizzjonali meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. top drive ta' oil rigs), perikli elettriċi, temperaturi estremi, perikli
kimiċi, gassijiet esplożivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt materjali fuq rasek li jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq it-tagħmir ta' protezzjoni
kontra waqgħa tiegħek.
-
Uża apparati ta' Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f'ambjenti b'ħafna sħana.
-
Evita wċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tagħmel tibdiliet fit-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati, bil-miktub, minn 3M biss jistgħu
jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fis-seħħ pjan ta'salvataġġ jekk iseħħ inċident ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ inċident ta' waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa'.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta' waqfien ta' waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta'ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel taħriġ b'dan l-apparat, għandha tintuża sistema sekondarja ta' protezzjoni kontra waqgħa b'mod li ma jesponix lil min qed jitħarreġ
għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
NRU. TAL-FORMOLA: 5908299 REV: A
139
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido