MT
Struzzjonijiet għall-użu għall-elmi protettivi għax-xogħol
Prosit! B'dan l-elmu protettiv għax-xogħol għamilt għażla tajba ħafna.
Dan l-elmu jissodisfa r-rekwiżiti tad-DIN EN 397 u huwa prodott ta' kwalità tad-ditta engelbert
strauss. L-elmi protettivi jiffurmaw parti mit-tagħmir protettiv personali u jgħinu biex jevitaw
korrimenti fir-ras jew tal-inqas jimmitigawhom b'mod kruċjali. L-effett protettiv jintlaħaq biss
meta l-elmu jkollu qagħda ottimali fuq ir-ras u ċ-ċinga li ddur mar-ras tkun ġiet aġġustata għaċ-
ċirkonferenza tar-ras. Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet għall-użu b'attenzjoni sabiex ma
tħalli l-ebda aspett rilevanti għas-sigurtà tiegħek barra.
„Sabiex tiġi żgurata protezzjoni ottimali, dan l-elmu għandu jkun ta' daqs xieraq jew jiġi aġġustat
għad-daqs tar-ras tal-utent.
L-elmu jassorbi l-enerġija tal-impatti billi jinkiser parzjalment jew minn ħsara fil-qoxra tal-elmu u
fl-interjuri, u b'hekk kull elmu li jkun qala' xi daqqa qawwija għandu jiġi sostitwit anke jekk il-ħsara
ma tkunx immedjatament apparenti.
L-utenti għandhom ukoll jinnotaw li huwa ta' periklu jekk ma josservawx ir-rakkomandazzjonijiet
tal-manifattur u jimmodifikaw jew ineħħu xi komponenti oriġinali tal-elmu. L-elmi m'għandhom
b'ebda mod jiġu modifikati għat-twaħħil ta' aċċessorji. L-użu ta' żebgħa, solventi u kolla jew it-
twaħħil ta' tikketti awtoadeżivi jista' jsir biss skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-elmu."
A: Aġġustament tal-elmu
1. Għażla tad-daqs xieraq
L-elmu jista' jipproteġik biss jekk jintlibes kif suppost. Kejjel iċ-ċirkonferenza ta' rasek. Dejjem
poġġi l-elmu fuq rasek bit-tali mod li s-setting tad-daqs tinstab fuq wara. L-elmu għandu jinħass
sikur u komdu fuq ir-ras. Sabiex tkompli ittejjeb il-qagħda, jekk jogħġbok uża s-sistema integrata
għall-aġġustament tad-daqs.
2. Issettjar tas-sistema integrata għall-aġġustament tad-daqs
Il-qagħda tajba hija neċessarja għall-aqwa protezzjoni possibbli. L-aġġustament taċ-ċinga li ddur
mar-ras isir permezz tal-qafla li ddur, li tinstab fil-parti tal-għonq. Dawwar lejn ix-xellug biex
tiftaħ/tħoll iċ-ċinga li ddur mar-ras. Dawwar lejn il-lemin skont kif idur l-arloġġ biex tissikka
ċ-ċinga li ddur mar-ras b'mod kontinwu (figura 1). Barra minn hekk, l-appoġġ għall-għonq (figura
2) jista' jiġi aġġustat fl-għoli u l-pożizzjoni taċ-ċinga li ddur mar-ras (figura 3) tista' tiġi adattata.
3. Aġġustament tal-għoli
L-għoli tal-interjur jista' jiġi aġġustat. Biex tagħmel dan aqla' l-pinnijiet tax-xibka tal-ġarr u erġa'
daħħalhom fl-għoli mixtieq. Bħala standard l-għoli jinstab fil-pożizzjoni tan-nofs.
4. L-ippożizzjonar tajjeb tal-elmu
Poġġi l-elmu dejjem oriżżontali fuq rasek bit-tali mod li ġbinek ikun protett, iżda mingħajr ma
tostakola l-vista. L-elmu m'għandux joqgħod mitfugħ lura fuq rasek (figura 4).
B: ISTRUZZJONIJIET GĦALL-KURA
Biex tnaddaf l-elmu uża biss ilma b'sapun ħafif u ċarruta ratba. L-interjuri u x-xibka tal-ġarr
għandhom jinbidlu kull meta jkun hemm bżonn. Tużax solventi. It-tindif xieraq, il-kura u t-tratta-
ment huma kollha rekwiżiti għall-funzjonament mingħajr problemi.
C: Tibdil fl-elmu
Il-produzzjoni tas-serje standard ta' dan l-elmu ġiet ittestjata u maħruġa skont l-istandards kor-
rispondenti. Ma tistax timmodifikah jew twaħħal miegħu komponenti mhux oriġinali. L-użu ta'
tagħmir tal-interjuri żbaljat jew mhux oriġinali, it-titqib sussegwenti għal-aċċessorji jew tibdil
ieħor fl-elmu protettiv jikkompromettu l-funzjoni protettiva tiegħu u jwasslu għat-tħassir tal-
approvazzjoni. Jistgħu jintużaw biss partijiet ta' rikambju jew aċċessorji adattati. F'każ ta' dubju,
ikkuntattjana direttament.
D: PARTIJIET TA' RIKAMBJU U AĊĊESSORJI
Huwa permess li tuża biss partijiet ta' rikambju u aċċessorji oriġinali.
52
E: PROTEZZJONI TAS-SMIGĦ
Uża biss protetturi tas-smigħ li jkunu għaddew mit test tat-tip u li jkunu awtorizzati għall-użu
mal-elmu protettiv tiegħek. Għal informazzjoni dwar dan kif ukoll spjegazzjonijiet fuq l-użu, it-
tħaddim u l-proprjetajiet tal-manxojiet għall-widnejn, jekk jogħġbok ikkonsulta l-istruzzjonijiet
għall-użu korrispondenti.
F: DURABBILTÀ FL-UŻU
L-effett protettiv tal-elmu ma jibqax kompletament sħiħ wara li jaqla' daqqa qawwija jew impatt
qawwi. Kull elmu li jkun ġie danneġġat bit-tali mod ma jkunx jista' aktar joffri protezzjoni effettiva
kontra l-korrimenti. L-elmu għandu jiġi sostitwit anke meta l-ħsarat ma jkunux evidenti. L-istess
ħaġa tgħodd meta l-qagħda tal-elmu ma tibqax korretta. L-elmu għandu wkoll jiġi sostitwit wara
li jintuża għal diversi snin mingħajr ħsara evidenti. IĊĊEKKJA L-ELMU TIEGĦEK REGOLARMENT
GĦAL DANNI EVIDENTI!
G: RFIGĦ
Ħalli l-elmu jinxef b'mod naturali wara kull użu u erfgħu f'post frisk u niexef. It-temperaturi
għoljin (kif ukoll id-dawl dirett tax-xemx, wara l-ħġieġ, f'boroż skuri u fil-but tal-vettura) jistgħu
jiddanneġġaw l-elmu serjament. Jekk tara deformazzjoni fil-wiċċ jew bżieżaq żgħar, dawn huma
sinjal ta' ħsara kkawżata mis-sħana. Dawn jistgħu jiġru anke b'temperatura ta' 65 °C jew ogħla
Spjegazzjoni tas-simboli tal-ħtiġiet addizzjonali
Temperatura baxxa ħafna (skont EN 397)
Temperatura għolja ħafna (skont EN 397)
Iżolazzjoni elettrika (skont EN 397)
Deformazzjoni laterali (skont EN 397)
Titjir ta' metall (skont EN 397)
Korp notifikat imqabbad 0299
DGUV-Test, Prüf- und Zertifizierungsstelle,
Fachausschuss Persönliche Schutzausrüstungen (PSA)
Zwengenberger Strasse 68, 42781 Haan, Germany
Tel. 02129 576-431
Fax 02129 576-400
Manifattur
S.C. Casco Group s.c.s.
Parc Industrial Sud F.N., RO-440247 Satu Mare
www.Casco-helme.de
Stat 04/2014
Nirriżervaw id-dritt għal kull tibdil. Ma nieħdu ebda responsabbiltà għal żbalji fil-kontenut jew
fit-tipografija.
MT
Identifikazzjoni
-20 °C jew -30 °C, kif applikabbli
-150 °C
440 V AC
LD
MM
53