Engelbert Strauss 75.76.651 Instrucciones De Uso página 39

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 23
MT
Iċċekkja l-qagħda:
Ipprova dawwar l-elmu b-idejk it-tnejn lejn ix-xellug u lejn il-lemin. Jekk jiġik sewwa tiċċaqlaq miegħu
il-ġilda fuq ġbinek; jekk dan ma jkunx minnu, l-elmu qiegħed laxk wisq. Erġa' mur lura għall-punt 2.
Iċċekkja ċ-ċineg:
Ipprova l-elmu mexxi b-idejk it-tnejn kemm jista' jkun lura u 'l quddiem. Agħmel sforz kbir. Dan
huwa importanti. Jekk jirnexxielek tressaq l-elmu lejn xi naħa jew il quddiem bit-tali mod li jinter-
ferixxi mal-kamp tal-vista tiegħek jew tant lura li jinkixef ġbinek, l-elmu mhux milbus sew. Erġa'
rrepeti l-punti 2-5 sakemm l-elmu jkun jista' jiċċaqlaq ftit biss.
ATTENZJONI! Jekk ma jirnexxielekx taġġusta l-elmu bit-tali mod li, meta ċ-ċineg ikunu maqfula,
ikun jista' jiċċaqlaq biss ftit ‚il quddiem jew lura, TUŻAX DAN L-ELMU! Issostitwixxih ma' wieħed
iżgħar jew mudell ieħor.
Agħmel prova
Jekk l-elmu jiġik sewwa u ċ-ċineg ikunu ġew irregolati kif suppost, agħmel prova qasira. Waqt il-
prova oqgħod attent/a għall-kumdità u l-qagħda tal-elmu. Jekk ikun hemm bżonn, erġa' rregola
ċ-ċineg u ċ-ċinga tal-geddum biex ittejjeb il-kumdità u l-qagħda.
B: TAGħMIR FL-INTERJUR/ AċċESSORJI
(Jekk għandek elmu b'tagħmir interkambjabbli (pin interkambjabbli), oqgħod attent/a kif tħollu
mill-muntatura (figura 6) waqt li twettaq xi tibdil. ) Għal tagħmir tax-xitwa u aċċessorji oħra, jekk
jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħhom.
C: Durabbilta' fl-uzu
L-effett protettiv tal-elmu ma jibqax kompletament garantit wara li jaqla' daqqa qawwija jew im-
patt qawwi. Elmu li jkun ġie danneġġat bit-tali mod ma jkunx jista' aktar joffri protezzjoni effetiva
lil rasek kontra l-korrimenti. L-elmu għandu jiġi sostitut anke meta l-ħsarat ma jkunux evidenti.
L-istess ħaġa togħodd meta l-elmu ma jibqax jiġik sewwa. L-elmu għandu wkoll jiġi sostitwit
wara li jituża għal diversi snin, anki jekk ma tidhirx ħsara evidenti. IĊĊEKKJA L-ELMU TIEGĦEK
REGOLARMENT GĦAL ĦSARA EVIDENTI. i sostitut wara.
D: TIBDIL FL-ELMU, TINDIF
Il-produzzjoni tas-serje standard ta' dan l-elmu ġiet ittestjata u maħruġa skont l-istandards
korrispondenti. TWISSIJA: Kull tibdil fl-elmu, b'mod speċjali l-applikazzjoni ta' żebgħa, stikers,
deterġenti, kimiċi u solventi, jista' jikkomprometti serjament is-sigurtà tal-elmu tiegħek. Uża biss
prodotti u aċċessorji jew partijiet ta' rikambju li nkunu awtorizzajn. Biex tnaddaf l-elmu uża biss
ilma b'sapun ħafif u ċarruta ratba.
E: RFIGħ
Ħalli l-elmu jinxef b'mod naturali wara kull użu u erfgħu f'post frisk u niexef. It-temperaturi
għoljin (fosthom id-dawl dirett tax-xemx, wara l-ħġieġ, f'boroż skuri u fil-but tal-vettura) jistgħu
jiddanneġġaw l-elmu serjament. Jekk tara deformazzjoni fil-wiċċ jew bżieżaq żgħar, dawn huma
sinjal ta' ħsara kkawżata mis-sħana. Dawn jistgħu jiġru anke b'temperatura ta' 65 °C jew ogħla
TWISSIJA: Tuża ebda elmu li jkun ġie danneġġat mis-sħana.
F: NOTI IMPORTANTI GħAS-SIGURTÀ TIEGħEK
MHUX BISS META TKUN QED TIĠRI TISTA' TKORRI! 
Diġà ġew dokumentati każijiet ta'korrimenti serji fir-ras jew korriment anke fatali waqt li l-vittma
kienet għadejja b'pass tal-mixi, DAN UKOLL META L-PERSUNA KIENET QED TILBES ELMU. Il-pro-
tezzjoni li joffri elmu tiddependi miċ-ċirkostanzi tal-inċident, fejn l-ilbies ta' elmu protettiv mhux
dejjem jista' jevita inċidenti fatali jew diżabbiltà fit-tul. 
DEJJEM UŻA ELMU WAQT LI SSUQ ROTA JEW META TISKEJTJA U SUQ BIL-GALBU! L-ELMU JISTA'
JIPPROTEĠI BISS DAK LI JGĦATTI!
Dejjem ilbes l-elmu fil-pożizzjoni korretta. L-ebda elmu ma jista' jipproteġi l-għonq jew partijiet
tar-ras mikxufin. Biex tiżgura l-aqwa protezzjoni possibbli, dan l-elmu għandu jintlibes issikkat,
iċ-ċineg għandhom dejjem jintużaw u għandu jiġi aġġustat sew skont l-istruzzjonijiet.
76
L-ELMI M'GĦANDHOMX JINTLIBSU MINN TFAL WAQT TIXBIT JEW LOGĦOB IEĦOR FEJN HEMM
IR-RISKJU TA' TGĦALLIQ.
TWISSIJA: Dan l-elmu ġie mfassal b'mod speċjali għal sports bir-rota u skejts, skiing u snow-
bord kif ukoll għat-tixbit mal-muntanji.  Ma jistax jintuża għal tipi ta'sports oħrajn jew sewqan
bil-mutur.
Dan l-elmu huwa magħmul minn materjali magħrufa li ma joħolqu ebda irritazzjoni tal-ġilda jew
danni għas-saħħa meta jintużaw minn utenti b'kondizzjoni normali tas-saħħa. Jekk inti xorta
waħda tħoss reazzjoni, tużax l-elmu aktar!
Għar-rimi tal-elmu, jekk jogħġbok ikkuntattja l-kumpanija lokali tiegħek għall-ġestjoni tal-iskart.
MT
77

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

75.76.65275.76.66175.76.662

Tabla de contenido