3M DBI Sala KF71201466 Manual Del Usuario página 139

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 47
1.0 APPLIKAZZJONIJIET
1.1
SKOP: Il-lanyards huma ddisinjati biex iservu bħala komponent ġo sistema li twaqqaf waqgħa ta' persuna mill-għoli
(Personal Fall Arrest System - ara Figura 2). Skont it-tip tagħhom, jistgħu jxejnu l-enerġija ta' waqgħa, jillimitaw
il-forzi ta' waqgħa li jiġu trasferuti fuq il-ġisem, jew jiġu wżati waqt l-ippożizzjonar u t-trażżin fuq il-post tax-xogħol.
Figura 1 tidentifika l-mudelli ta' Lanyards koperti minn dan il-manwal ta' struzzjoni. Jistgħu jiġu wżati fil-biċċa
l-kbira tas- sitwazzjonijiet fejn il-kombinazzjoni tal-mobilità tal-ħaddiem u l-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli tkun
meħtieġa (jiġifieri xogħol ta' spezzjoni, kostruzzjoni ġenerali, xogħol ta' manutenzjoni, produzzjoni taż-żejt, xogħol fi
spazju żgħir, eċċ).
1.2
STANDARDS: Il-Lanyard tiegħek huwa konformi mal-istandard(s) nazzjonali jew reġjonali identifikati fuq il-paġna
ta' quddiem ta' dawn l-istruzzjonijiet. Irreferi għar-rekwiżiti lokali li jirregolaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal
aktar informazzjoni dwar Protezzjoni Personali Kontra Waqgħat mill-Għoli. Jekk dan il-prodott jerġa' jinbiegħ barra
mill-pajjiż ta' destinazzjoni oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa' jbiegħu għandu jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet fil-lingwa
tal-pajjiż fejn se jintuża l-prodott.
1.3
TAĦRIĠ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jintuża minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta u l-użu tiegħu.
Hija responsabbiltà tal-utenti li jassiguraw li huma familjari ma' dawn l-istruzzjonijiet u li huma mħarrġa fil-ħarsien u
l-użu korretti kif suppost ta' dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ukoll ikunu konxji mill-karatteristiċi operazzjonali, il-
limiti tal-applikazzjoni, u l-konsegwenzi ta' użu mhux xieraq.
1.4
REKWIŻITI: Dejjem ikkonsidra l-limitazzjonijiet li ġejjin meta tkun qed tinstalla jew tuża dan it-tagħmir:
Kapaċità: Il-lanyards huma għall-użu ta' persuna waħda b'piż totali (ħwejjeġ, għodda eċċ) li jkun konformi
mal-Weight Range (Medda tal-Piż) speċifikata f'Tabella 1 għall-mudell tal-Lanyard. Kun żgur li l-komponenti kollha
fis-sistema huma kklassifikati għal kapaċità xierqa għall-applikazzjoni meħtieġa.
Ankraġġ: Ankraġġi magħżula għal sistemi li jwaqqfu waqgħa mill-għoli għandhom ikunu kapaċi jifilħu tagħbijiet
statiċi applikati fid-direzzjonijiet permessi mis-sistema sħiħa għal mill-inqas:
1.
12 kN (2 698 lb) għal ankri tal-metall jew 18kN (4 047 lb) għal ankri tat-tessuti għal ankraġġi mhux
ċertifikati, jew
2.
Darbtejn daqs il-forza massima tat-twaqqif għal ankraġġi ċertifikati.
Jekk permess fuq il-bażi tat-tip tal-ankra, meta aktar minn sistema waħda ta' waqfien ta' waqgħa mill-għoli tkun
marbuta ma' ankraġġ, il-valuri tal-qawwiet kif jidhru f'(1) u (2) hawn fuq għandhom jiġu multiplikati bin-numru
ta' sistemi marbuta mal-ankraġġ.
Waqgħat bi Tbandil: Waqgħat bi tbandil iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma jkunx direttament fuq il-punt fejn
isseħħ il-waqgħa. Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża korriment serju (ara
Figura 3). Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
Dejjem poġġi u / jew aġġusta l-lanyard b'tali mod li l-punt tal-Ankoraġġ jinżamm fil-livell tal-qadd jew 'il fuq; il-
lanyard jinżamm stirat; u, moviment liberu huwa ristrett għal massimu ta '0,6 m (1,97 pied).
Perikli: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni fejn jeżistu perikli ambjentali jista' jkun li jkun jeżiġi prekawzjonijiet
addizzjonali biex tiġi mnaqqsa l-possibbiltà ta' korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. Perikli jistgħu jinkludu,
iżda mhumiex limitati għal: sħana qawwija, kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli,
splussivi jew gassijiet tossiċi, makkinarju li jiċċaqlaq, jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u
jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-Sistema tal-Protezzjoni Personali għat-Twaqqif tal-Waqgħat mill-Għoli. Evita li
taħdem f'postijiet fejn il-Lanyard tiegħek jista' jkun li jiġi f'kuntatt jew jitħabbel ma' dak ta' ħaddiem ieħor. Evita
li taħdem fejn jista' jaqa' xi oġġett li jolqot il-Lanyard, b'riskju li l-lanyard jitlef il-bilanċ jew issirlu ħsara. Tħallix
il-Lanyard jgħaddi minn taħt l-idejn jew bejn is-saqajn.
139

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

1201466

Tabla de contenido