3.0 INSTALLAZZJONI
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 Taqsima.
3.2
ANKRAĠĠ: Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat liberi u waqgħat bit-tbandil (ara l-1 Taqsima). Agħżel
punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati fl-1 Taqsima.
3.3
KONNESSJONI GĦALL-APPOĠĠ TAL-ĠISEM: Irbit / Lanyard għall-Ippożizzjonar tax-Xogħol irid jintuża ma' Arneżi
ta' mal-Ġisem Kollu jew Ċinturin ta' mal-Ġisem. Għal applikazzjonijiet tal-Irbit, qabbad il-Lanyard mal-Element tal-
Aċċessorji (D-Ring - ara l-Figura 6) xieraq fuq l-arneżi jew fuq iċ-ċinturin. Irreferi mal-istruzzjonijiet inklużi mal-arneżi
jew iċ-ċinturin tiegħek għal applikazzjonijiet oħra għall-protezzjoni mill-waqgħat u l-konnessjonijiet rakkomandati.
3.4
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Meta tuża ganċ biex tikkonnettja ma' ankraġġ jew meta tippareġġja
komponenti tas-sistema flimkien, kun żgur li ma jistax iseħħ roll-out. Roll-out iseħħ meta interferenza bejn il-
ganċ u l-konnettur ta' pariġġ li jidħol ġo fih tikkawża lill-bieba tal-ganċ (hook gate) biex tiftaħ u terħi b'mod mhux
intenzjonat. Għandhom jiġi wżati ganċijiet li jillokkjaw waħedhom (self-locking snap hooks) u carabiners biex tiġi
mnaqqsa l-possibbiltà ta' roll-out. Tużax ganċijiet jew konnetturi li ma jingħalqux kompletament fuq l-oġġett tal-irbit.
Ara l-istruzzjonijiet tal-manifattur tas-subsistema għal aktar informazzjoni dwar kif tagħmel il-konnessjonijiet.
3.5
QABBAD MAL-LANYARD TAL-IPPOŻIZZJONAR TAX-XOGĦOL: Meta tqabbdu, żgura li ma jistax ikun hemm roll-
out. (Ara Sezzjoni 2.5 "Konnessjonijiet.") Ir-roll-out iseħħ meta l-interferenza li jkun hemm bejn il-ganċ u l-konnettur
li jaqbel (mating connector) tikkawża li l-bieba tal-ganċ tinfetaħ u tirrilaxxa b'mod mhux intenzjonat. Ikkonferma li
hemm ankraġġ sigur, konnessjonijiet u aġġustament tal-ħabel xierqa:
• Saħħa tal-ankraġġ adegwata.
• Snap hook u carabiner imqabbda kif suppost mal-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu jew iċ-ċinturin tal-
ġisem.
• Il-lanyard ma tistax tiżloq 'l isfel jew taqbeż il-punt ta' ankraġġ.
• Il-lanyard hija tensjonata b'mod korrett.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx jużawhom għandhom
jaqraw l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" fil-bidu ta' dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1
SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM: Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard skont il-lista ta' kontroll tal-ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2). Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew tindika li
l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2
OPERAT: Dejjem qabbad it-Tarf tal-Appoġġ tal-Ġisem tal-Lanyard mal-Arneżi ta' Mal-Ġisem Kollu jew iċ-Ċinturin ta'
Mal-Ġisem l-ewwel u mbagħad qabbad il-punt tat-Tarf ma' ankraġġ adattat. Dejjem imminimizza l-ammont ta' laxk fil-
lanyard viċin periklu ta' waqgħat billi taħdem kemm tista' viċin l-ankraġġ. Ara t-Taqsima 3 għad-dettalji dwar l-appoġġ
tal-ġisem u l-konnessjoni tal-ankraġġ. Iċċekkja regolarment l-elementi tal-irbit u / jew l-aġġustament waqt l-użu.
4.3
WARA WAQGĦA: Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta' forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2) irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
5.0 SPEZZJONI
5.1
FREKWENZA TA' SPEZZJONI:Il-Lanyard għandu jiġi spezzjonat f'intervalli kif speċifikat fit-Taqsima 2. Il-proċeduri
tal-ispezzjoni huma spjegati fir- "Reġistru taal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Skeda 2) .
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta'
spezzjonijiet.
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża,
neħħi l-Lanyard mis-servizz minnufih u eqirdu biex tipprevjeni l-użu involontarju. Il-lanyards ma jissewwewx.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tal-Lanyards 3M hija determinata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u
l-manutenzjoni. Il-perjodu ta' ħajja massima tista' tvarja minn sena għall-użu gravi f'kundizzjonijiet estremi sa 10
snin għall-użu ħafif f'kundizzjonijiet ħfief. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista' jibqa' jintuża
fix-xogħol sa massimu ta' 10 snin.
5.4
TIKKETTA TAL-RFID: Il-Lanyard jinkludi tikketta tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID) (ara l-Figura 7).
It-tikketta tal-RFID tista' tintuża ma' apparat tal-qari li jinżamm fl-idejn u portal ibbażat fuq il-web biex tissimplifika
l-ispezzjoni u l-kontroll tal-inventarju u tipprovdi rekords għat-tagħmir tiegħek għall-protezzjoni mill-waqgħat.
Għad-dettalji, ikkuntattja rappreżentant tas-Servizz tal-Klijent ta' 3M (ara l-qoxra ta' wara). Segwi l-istruzzjonijiet
ipprovduti mal-apparat tal-qari li jinżamm fl-idejn, jew fuq il-portal tal-web, biex titrasferixxi d-dejta tiegħek għal fuq
ir-reġistru tal-web tiegħek.
141