DBI SALA 3400101 Manual De Istrucciones página 201

Ocultar thumbs Ver también para 3400101:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 86
1/ RAKKOMANDAZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAT-Tagħmir ta' Protezzjoni Personali (TPP) kollu
1.1 Tużax dan it-tagħmir tas-sigurtà ħlief jekk ma tkunx irċivejt taħriġ minn trainer *kompetenti (irrepeti skond
il-ħtieġa). Ikkuntattja lil CAPITAL SAFETY dwar lezzjonijiet ta' taħriġ jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tuża
dan it-tagħmir. It-taħriġ għandu jsir mingħajr ma tesponi lill-utent għal xi periklu ta' waqa'. It-taħriġ għandu jkun
ripetut fuq bażi perjodika.
Qabel kull użu, il-persuna li tużah trid tivverifika b'għajnejha illi l-materjal jinsab fi stat ta' servizz perfett. Hija trid
tivverifika li m'hemmx deformazzjonijiet, korrożjoni, xfar li jaqtgħu jew partijiet li joborxu fuq il-partijiet tal-metall
tas-sistema jew tal-komponenti tagħha. Fl-istess waqt, trid tivverifika li m'hemmx qtugħ, ħruq, wajers miksurin, xedd
u kedd sinifikanti, bdil fil-kulur jew għebusija fil-partijiet tessili tas-sistema jew komponenti tagħha.
1.2 Sistema jew komponent li jkunu waqgħu mill-għoli jew li l-eżami tagħhom jħalli dubju għandhom jitneħħew
minnufih mis-servizz. Persuna kompetenti biss hija awtorizzata biex tiddeċiedi bil-miktub jekk jerġgħux jitpoġġew
f'servizz.
1.3 Ix-xogħol fil-għoli fih riskji inerenti. Xi riskji huma nnutati hawnhekk, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:
waqgħat, sospensjoni/sospensjoni fit-tul, tolqot oġġetti, u tintilef minn sensik. F'każ ta' waqfien waqt li tkun qed
taqa' u/jew sitwazzjoni ta' salvataġġ sussegwenti (emerġenza), xi kundizzjonijiet mediċi personali jistgħu jaffettwaw
is-sigurtà tiegħek. Il-kundizzjonijiet mediċi huma identifikati bħala riskju għal din it-tip ta' attività, iżda mhumiex
limitati għal dawn li ġejjin: mard tal-qalb, pressjoni tad-demm għolja, mejt, epilessija, dipendenza fuq id-drogi
jew fuq l-alkoħol, mard psikjatriku, indeboliment fil-funzjoni tad-dirgħajn/riġlejn u problemi biex iżżomm il-bilanċ.
Nirrakkomandaw li min iħaddmek/it-tabib tiegħek jiddeterminaw jekk intix kapaċi timmaniġġja dan it-tagħmir waqt
l-użu normali jew f'każ ta' emerġenza.
1.4 Dan il-prodott ma jistax jintuża barra l-isfera ta' użu rakkomandata mill-manifattur, u m'għandux jintuża ħlief
għall-użu primarju tiegħu.
1.5 Meta tintuża sistema ta' waqfien tal-waqgħat huwa essenzjali għas-sigurtà ta' l-utent li jiġi vverifikat l-għoli taħt
l-utent fiż-żona tax-xogħol pertinenti, sabiex tiġi evitata f'kull każ kolliżjoni ma xi ostaklu jew ma' l-art.
1.6 Qabel ma jsir xi forma ta' użu, għandu jiġi żgurat illi jkun hemm pjan ta' salvataġġ adattat għas-sitwazzjoni li
fiha tintuża s-sistema. Trid tingħata konsiderazzjoni minn qabel għall-mezzi tas-salvataġġ fi żmien 20 minuta fil-każ
ta' waqfien minn waqa'.
1.7 Il-piż massimu applikabbli għal dan it-TPP huwa limitat għal persuna waħda (ħlief jekk jissemma' speċifikament
mod ieħor fuq il-prodott). Taqbiżx il-kapaċità tal-PPE, bħal assorbitur ta' l-enerġija, harness mal-ġisem kollu jew
konnetturi.
1.8 Huwa neċessarju li jiġi żgurat qabel kull użu illi r-rakkomandazzjonijiet adattati għal kull element assoċjat
mal-prodott jiġu mħarsa b'mod konformi ma' l-avviżi speċifiċi tagħhom. Huwa strettament rakkomandat illi jintużaw
komponenti ta' l-istess manifattur sabiex tiġi żguraa l-integrità tal-prodott u prestazzjoni durabbli.
1.9 Kull meta jkun possibbli, huwa strettament rakkomandat illi s-sistema jew il-komponenti jiġu attribwiti
personalment lill-utent.
1.10 Din is-sistema jew komponent għandhom ta' bilfors ikunu marbuta ma' punt ta' ankraġġ. Kull meta jkun
possibbli, biex torbot sistema ta' waqfien tal-waqgħat agħżel punt ta' ankraġġ li jinsab 'IL FUQ mil-pożizzjoni ta'
l-utent waqt li jiġu evitati l-punti kollha li r-reżistenza tagħhom tista' tkun dubjuża. Ankri mhux iċċertifikati jridu jkunu
kapaċi jifilħu 12kN ta' piż għal kull persuna. Uża bħala preferenza ankri strutturali intiżi għal dan l-iskop (konformi ma'
EN795) jew punti ta' ankraġġ li r-reżistenza tagħhom tkun ta' aktar minn 1000 daN. L-utent għandu joqgħod attent li
jillimita l-possibiltajiet ta' waqa' mill-għoli potenzjali (bi preferenza ta' l-użu ta' sistema b'setting ta' żamma). L-utent
għandu jiżgura li jevita r-riskju ta' waqgħat minħabba t-tbandil, u jevita ħbit ma' ostruzzjonijiet li jkunu taħtu.
1.11 Matul l-użu, ikun propizju li jittieħdu l-miżuri kollha utli għall-protezzjoni tas-sistema jew il-komponent kontra l-
perikli relatati ma' l-intervent (ħruq, qatgħat, xfar li jaqtgħu, brix, reazzjonijiet kimiċi, għoqiedi jew brim tal-kejbil, irbit
jew ħbula, konduttività elettrika, kondizzjonijiet klimatiċi, effett pendulari ikkawżat mill-waqa', eċċ. ...).
kull persuna li taħdem fil-għoli m'għandha qatt titħalla weħidha fuq il-post tax-xogħol, inkluż wara waqa'.
1.12 Ebda modifika m'għandha ssir fis-sistema jew komponenti tagħha mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-manifattur.
Kull bdil jew sostituzzjoni ma' komponenti jew sottosistemi mhux approvati jista' jikkomprometti il-kumpatibbiltà bejn
it-tagħmir u jista' jaffettwa l-integrità u s-sigurtà tas-sistema kif ukoll il-garanzija tagħha.
Kull tiswija għandha ssir skond il-proċeduri stipulati mill-manifattur.
1.13 Kull distributur, installatur jew bejjiegħ bl-imnut ta' dan it-tagħmir ta' kontra l-waqgħat għandu jipprovdi avviż
dwar l-użu, bil-lingwa tal-pajjiż fen isir il-bejgħ.
1.14 Għandha ssir referenza għall-istandards nazzjonali jew internazzjonali applikabbli lokalment, reġjonalment jew
nazzjonalment għal aktar tagħrif dwar it-tagħmir ta' protezzjoni kontra l-waqgħat mill-għoli (kontra l-waqgħat u
żamma) u s-sistemi jew komponenti relatati.
1.15 Xi eżempji ta' użu ħażin huma deskritti f'dan l-avviż kif ukoll fl-avviż speċifiku tat-TPP tiegħek. Madanakollu
niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt illi użu ħażin ieħor huwa possibbli u li f'każ ta' dubju għandek tikkuntattja lil CAPITAL
SAFETY.
1.16 Dan il-prodott huwa garantit għal sena kontra kull difett fil-materjal jew fil-manifattura. Huma esklużi minn din
il-garanzija : ix-xedd u l-kedd normali, l-ossidazzjoni, il-modifiki jew addattazzjonijiet, il-ħżin ħażin, il-manutenzjoni
ħażina, u l-ħsara kkawżata minn inċidenti, traskuraġni, jew użu li għalih il-prodott m'huwiex maħsub.
1.17 CAPITAL SAFETY m'hijiex responsabbli għall-konsegwenzi diretti, indiretti, aċċidentali jew ta' kull tip ieħor li
jseħħu jew li jirriżultaw mill-użu tal-prodotti tagħhom.
1.18 Jekk ma tifhimx dan l-avviż jew l-avviż speċifiku tużax dan il-prodott u kkuntattja lil CAPITAL SAFETY.
2 / KONNESSJONI MA' ĦARNESS TA' KONTRA L-WAQGĦAT
2.1 Harness mal-ġisem kollu hu l-uniku tagħmir aċċettabbli li jżomm lill-ġisem li jista' jintuża f'sistema li twaqqaf
il-waqgħat. Il-konnessjoni ta' sistema ta' waqfien tal-waqgħat (EN353-1, EN353-2, EN355 jew EN360) ma ħarness
għandha ssir TA' BILFORS u UNIKAMENT permezz ta' punti għoljin ta' irbit dorsali, sternali jew pettorali, u dawn
il-punti għandhom iservu wkoll mal-konnessjoni ta' sistema ta' nżul (EN341) jew sistema ta' salvataġġ b'elevazzjoni
(EN1496). Dawn il-punti huma mmarkati b'«A» kbira kemm-il darba jkunu indipendenti jew b'« A /2 » jew «A» kemm-
il darba jkollhom jingħaqdu 2 punti flimkien.
2.2 Il-punti ta' kuntatt f'pożizzjoni laterali ta' ċinturin jew ħarness b'ċinturin għandhom jintużaw UNIKAMENT għall-
konnessjoni ta' sistema ta' żamma għax-xogħol (EN358) u QATT m'għandhom jintużaw għal sistema ta' waqfien
tal-waqgħat.
2.3 Il-punt baxx ta' kuntatt ventrali ta' ċinturin li jeħel mal-bwiez jew ta' ħarness b'ċinturin li jeħel mal-bwiez għandu
jintuża UNIKAMENT għall-konnessjoni ta' sistema ta' żamma max-xogħol (EN358), ta' tagħmir ta' nżul (EN341) jew ta'
strument ta' salvataġġ b'elevazzjoni (EN1496) u QATT ma' sistema ta' waqfien tal-waqgħat.
2.4 Jekk inti tuża ċinturin wieħed biss jista' jkun neċessarju li titlesta sistema ta' manteniment għax-xogħol bi
strument ta' protezzjoni kontra l-waqgħat mill-għoli.
3/ MANUTENZJONI U ĦŻIN
Il-manutenzjoni u l-ħżin tas-sistema tiegħek u l-komponenti tagħha huma operazzjonijiet essenzjali għall-integrità tal-
komponenti u għas-sigurtà ta' l-utent. Għaldaqstant għandek tħares b'reqqa ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin :
3.1 Naddaf il-partijiet tal-plastik u tal-metall b'ċarruta niexfa. Naddaf il-komponenti tat-tessut/webbing bis-sapun
u b'ilma fietel (temperatura massima ta' 40°). Neħħi l-umdità żejda b'biċċa drapp nadifa. TGĦADDASX il-Fall Arrest
Blocks fl-ilma. Il-webbing jista' jkun iddiżinfettat billi timsħu b'soluzzjoni ħafifa ta' diżinfettant sterili. Imsaħ oġġetti
tal-metall, meta jkun meħtieġ, b'soluzzjoni mhux kawstika. Neħħi kwalunkwe griż, żebgħa u ħmieġ mill-ħabel tal-wajer
billi timsħu b'biċċa drapp nadifa u xotta.
3.2 Ħalli l-komponenti jinxfu f'post ventilat 'il bogħod minn kull nar jew kull sors ieħor ta' sħana. Din id-dispożizzjoni
tapplika wkoll għall-komponenti li jkunu saru umdi matul l-użu tagħhom.
3.3 Aħżen is-sistema u l-komponenti tagħha f'post u f'kondizzjonijiet li jirrispettaw l-integrità tat-tagħmir : protetti
mill-umdità u r-raġġi ultravjola, f'atmosfera mhux korrożiva, mhux msaħħna iżżejjed u mhux imkessħa, bi protezzjoni
kontra qtugħ jew vibrazzjonijiet.
3.4 Ittrasporta s-sistema jew il-komponenti f'ippakkjar protett kontra qtugħ, umdità u raġġi ultravjola. Evita kull
atmosfera korrożiva, msaħħna żżejjed jew imkessħa.
4/ EŻAMINAZZJONI PERJODIKA:
4.1 L-eżaminazzjoni perjodika hija essenzjali għas-sigurtà ta' l-utent. Din l-eżaminazzjoni tiggarantixxi l-effettività u
l-funzjonament tajjeb tas-sistema jew il-komponenti tagħha. Ara illi timla u żżomm b'reqqa d-dokument deskrittiv, u
osserva kull verifika perjodika.
4.2 Tul ta' ħajja : Il-frekwenza ta' l-eżaminazzjonijiet perjodiċi għandha tikkunsidra fatturi bħal-leġiżlazzjoni, it-tip ta'
tagħmir, il-frekwenza ta' l-użu u l-kondizzjonijiet ambjentali. F'kull każ, is-sistema jew il-komponent għandhom jiġu
eżaminati ta' mill-inqas darba fis-sena minn persuna kompetenti u awtorizzata mill-kap ta' l-intrapriża (jew innominata
mill-leġiżazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż) li għandha tiddeċiedi jekk titpoġġiex lura f'servizz jew jekk issirx riforma. Din il-
persuna għandha tikkuntattja lil CAPITAL SAFETY sabiex issir taf kemm is-sistema jew il-komponenti jdumu jservu.
4.3 Kundizzjonijiet estremi tax-xogħol (ambjenti severi, użu fit-tul, eċċ.) jistgħu jkunu jeħtieġu żieda fil-frekwenza
ta' l-ispezzjonijiet.
4.4 Kull persuna kompetenti u awtorizzata mill-kap ta' l-intrapriża li jkollha dubju dwar jekk sistema jew il-komponenti
tagħha għandhomx jitqiegħed lura fi stat ta' servizz (f'każ ta' sistema ferm ikkumplikata, mekkaniżmu li ma jidhirx ...)
għandha tikkuntattja lill-manifattur li għandu jidderiġiha lejn il-persuni awtorizzati.
4.5 Matul dawn l-eżaminazzjonijiet, għandu jiġi vverifikat illi t-tikketti fuq is-sistema jew il-komponenti tagħha jkun
jinqraw sew.
5/ KONNETTURI EN362
5.1 Konnettur huwa strument operattiv ta' kollegament bejn komponenti li jagħti lill-utent mezz biex iqabbad sistema
direttament jew indirettament ma' punt ta' ankraġġ.
5.2 Fil-mument meta tqabbad ma' ganċ, ivverifika illi s-sistema ta' l-irbit qed taħdem sew.
5.3 Il-konnettur għandu dejjem jaħdem wara l-fus il-kbir mingħajr ma jistrieħ fuq l-istruttura esterna.
5.4 Il-konnetturi li jkunu jillokkjaw manwalment m'għandhomx jintużaw f'każ fejn l-utent jiftaħ u jagħlaq dawn diversi
drabi matul il-ġurnata.
5.5 Qatt m'għandek tgħabbi ganġ fuq il-livell ta' fejn jagħlaq.
5.6 Il-konnetturi msejħa ktajjen rapidi (klassi Q) m'għandhomx jintużaw ħlief għal konnessjonijiet mhux frekwenti
ħafna.
5.7 Il-konnetturi msejħa ktajjen rapidi (klassi Q) huma siguri biss meta l-ħolqa mobbli tkun invitata sew. Ebda xibka
m'għandha tkun tidher.
5.8 Materjal : Ara l-konnettur
5.9 Ftuħ : Ara l-konnettur
5.10 Għandu jiġi kkunsidrat it-tul ta' dan il-konnettur kemm-il darba dan jintuża f'sistema ta' waqfien tal-waqgħat, u
kemm-il darba dan ikollu effett fuq l-għoli tal-waqa'.
5.11 Ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jnaqqsu r-reżistenza għall-konnettur, b'mod partikolari fil-konnessjoni tagħhom ma'
rbit twil, jew ma' ankraġġ riġidu li jgħaddi minn ganċijiet u li jkun superjuri għall-ftuħ tagħhom.
6/ TAGĦMIR TA' NŻUL EN341
6.1 It-tagħmir ta' nżul huwa tagħmir intenzjonat għall-evakwazzjoni ta' personal. Dan għalhekk għandu jitqies bħala
TAGĦMIR TA' SIGURTÀ u jintuża b'dan il-mod. F'ebda każ m'għandu jintuża għat-trasport ta' persuni u piżijiet u
m'għandux jintuża għal skopijiet minbarra dawk li għalihom huwa maħsub.
6.2 L-għażla tal-punt ta' ankraġġ għandha tiġi studjata b'reqqa kbira u għandha tikkunsidra:
6.2.1 Il-pożizzjoni tagħha li għandha tippermetti l-ilqugħ b'faċilità ta' l-irbit ta' taħt l-idejn MINGĦAJR MA
TIPPERMETTI L-INQAS WAQA' LIBERA. Għaldaqstant għandha titpoġġa 'il fuq mill-utent.
6.2.2 L-aċċess għaliha li għandu jkun ħieles biżżejjed u jibqa' dejjem liberu.
6.2.3 Xaftijiet ta' evakwazzjoni li m'għandhom ikunu mxekkla minn ebda ostaklu li jtellef l-inżul jew li jweġġa'
lill-utent.
6.3 Barraminnhekk huwa rakkomandat illi tiġi mħejjija ż-żona ta' evakwazzjoni u li jiġi pprojbit it-tqegħid ta'
materjal fin-nofs.
6.4 Jekk it-tagħmir ta' nżul ikun jista' jintuża minn diversi persuni, huwa importanti li jiġi żgurat illi l-pożizzjoni
tiegħu tkun kumpatibbli ma' kull waħda minnhom.
6.5 F'każ ta' installazzjoni permanenti fuq barra jew f'post umdu, huwa neċessarju li tittieħed protezzjoni adegwata:
miżuri kontra ż-żlieq, ilqugħ, eċċ.
7/ TAGĦMIR MOBBLI KONTRA L-WAQGĦAT LI JISTRIEĦ FUQ KAVILJA RIĠIDA EN353-1 jew FLESSIBBLI
EN353-2
7.1 It-tagħmir mobbli kontra l-waqgħat jitqabbad mal-kavilja ta' appoġġ, u jimxi ma' l-utent mingħajr il-ħtieġa ta'
intervent manwali meta jkun hemm bidla fil-pożizzjoni 'il fuq jew 'l isfel u jillokkja awtomatikament fuq il-kavilja ta'
appoġġ meta jkun hemm xi waqa'.
7.2 Id-distanza orizzontali bejn il-kavilja ta' appoġġ riġida u l-punt ta' konnessjoni tal-ħarness hija llimitata mill-
konnettur jew konnetturi pprovduta mat-tagħmir mobbli ta' kontra l-waqgħat. QATT m'għandek tqabbad konnetturi
jew irbit supplimentari li jistgħu jżidu din id-distanza.
7.3 Jistgħu jintużaw biss kavilji riġidi tat-tip rakkomandat.
7.4 Jekk tiġi pprovduta sistema kompluta, ma jistgħux jiġu mibdula jew modifikati l-komponenti.
7.5 Huwa rakkomandat li jintuża l-punt ta' ankraġġ ta' quddiem tal-ħarness.
7.6 Qabel it-tlugħ ivverifika li t-tagħmir ta' kontra l-waqgħat jillokkja awtomatikament billi taqgħmel simulazzjoni
manwali ta' waqa'. Huwa importanti li tiġi żgurata l-preżenza ta' waqfiet għoljin u baxxi fuq il-kavilja ta' appoġġ.
7.7 Speċifikazzjoni EN353-1 : B'massa ta' 100 Kg u sitwazzjoni ta' fattur ta' waqa' tnejn (l-aktar każ sfavorevoli)
id-distanza minima neċessarja taħt saqajn l-utent hija ta' 2m. F'dan ir-rigward għall-ewwel 2 metri l-utent jista'
ma jkunx protett kontra waqgħat ma' l-art, u għalhekk huwa importanti li jittieħdu prekawzjonijiet supplimentari
matul it-tlugħ u l-inżul.
7.7.1 Il-kavilja ta' appoġġ riġida għandha titwaħħal minn persuna kompetenti.
7.8 Speċifikazzjoni EN353-2 : F'każ ta' waqa', l-ispazju ta' arja, jiġifieri d-distanza bejn saqajn l-utent u l-ewwel
ostaklu, ma tistax tkunx inqas minn H f'metri indikati fuq l-avviż speċifiku.
8/ IRBIT EN354 u RBIT TA' ŻAMMA EN358
8.1 It-tul totali ta' sottosistema b'irbit li jkun fiha assorbitur ta' l-enerġija, truf manifatturati u konnetturi ma jistax
ikun aktar minn 2m (konnetturi EN362 u rbit EN354 b'assorbitur ta' l-enerġija EN355 u konnettur EN362).
8.2 Irbit waħdu mingħajr assorbitur ta' l-enerġija ma jistax jintuża bħala sistema għall-waqfien tal-waqgħat.
8.3 Irbit waħdu jista' jintuża biss jekk it-tul tiegħu jżomm lil persuna milli tilħaq iż-żoni li jippreżentaw riskju ta'
waqa' mill-għoli.
9/ ASSORBITUR TA' L-ENERĠIJA EN355
9.1 It-tul totali ta' sottosistema b'assorbitur ta' l-enerġija li jkun fiha assorbitur ta' l-enerġija, truf manifatturati u
konnetturi ma jistax ikun aktar minn 2m.
9.2 Jekk l-assorbitur ta' l-enerġija jinfetaħ anki parzjalment, dan għandu jintrema minnufih.
9.3 F'każ ta' waqa', l-ispazju ta' arja, jiġifieri d-distanza bejn saqajn l-utent u l-ewwel ostaklu, ma tistax tkunx inqas
minn H f'metri indikati fuq l-avviż speċifiku.
10/ TAGĦMIR TA' KONTRA L-WAQGĦAT LI JIĠBED LURA D-DAHAR AWTOMATIKAMENT EN360
10.1 Tagħmir ta' kontra l-waqgħat f'funzjoni ta' llokkjar awtomatiku u sistema awtomatika ta' tensjoni u ġbid lura
tad-dahar għal irbit li jinġibed lura.
10.2 QABEL MA TQABBAD IT-TAGĦMIR TA' KONTRA L-WAQGĦAT MAL-PUNT TA' ANKRAGĠ TIEGĦU, IVVERIFIKA
B'REQQA :
10.2.1. Li l-irbit li jinġibed lura jinħall u jitkebbeb b'mod normali fit-tul tiegħu kollu.
10.2.2. Illi l-funzjoni ta' llokkjar taħdem sew meta jinġibed b'mod sod l-irbit li jinġibed lura : dan għandu
jillokkja minnufih.
10.2.3. Illi t-tagħmir kollu jinsab fi stat perfett u illi l-viti u l-boltijiet kollha huma preżenti u ssikkati sew.
10.2.4. Jekk it-tagħmir tiegħek ikollu indikatur ta' waqa', u dan ta' l-aħħar ikun ġie attivat, dan jindika illi
t-tagħmir ikun waqqaf waqa' jew illi jkun ġie sottomess għal forza ta' trazzjoni sostanzjali. F'dan il-każ, it-
tagħmir għandu jintbagħat lura għand il-manifattur jew persuna awtorizzata biex issewwi sabiex isirlu eżami.
10.3 LIMITU TA' L-UŻU
10.3.1 Irreferi għall-istampi inklużi f'dan l-avviż kif ukoll għal dawk fuq it-tagħmir
10.3.2 Ma jistax iwaqqaf persuna milli tegħreq (fit-trab jew bit-tajn).
10.3.3 F'każ ta' użu ta' tagħmir ta' kontra l-waqgħat bi ġbid awtomatiku mid-dahar wara angolu ta' aktar minn
40° mal-pjan orizzontali, jista' jkun meħtieġ li jiġi miżjud irbit (ara l-avviż speċifiku) bejn it-tarf ta' l-irbit li
jiġbed lura mid-dahar u l-punt ta' ankraġġ ta' kontra l-waqgħat tal-ħarness.
10.3.4 F'każ ta' waqa', l-ispazju ta' arja, jiġifieri d-distanza bejn saqajn l-utent u l-ewwel ostaklu, ma tistax
tkunx inqas minn H f'metri indikati fuq l-avviż speċifiku.
10.3.5 Jekk it-tagħmir tiegħek ta' kontra l-waqgħat bi ġbid awtomatiku mid-daħar ikun jinkorpora lieva ta'
salvataġġ, ħares lejn l-avviż speċifiku biex tifhem kif tintuża.
10.4 Biex ittejjeb it-tul ta' ħajja tat-tagħmir tiegħek ikkonsulta l-paragrafi 4 u 5. Barrahekk, huwa rakkomandat illi :
10.4.1 MA TITLAQX il-kejbil meta dan ikun miftuħ għal kollox iżda għinu biex jitkebbeb lura
fit-tagħmir ta' kontra l-waqgħat.
10.4.2 MA TITLAQX il-kejbil joħroġ barra l-perjodi ta' użu.
11/ ĦARNESS TA' KONTRA L-WAQGĦAT EN361, ĊINTURIN TA' ŻAMMA EN358 u ĊINTURIN LI JEĦEL MAL-
BWIEZ EN813
11.1 Ħarness ta' kontra l-waqgħat huwa sistema li żżomm 'il ġisem milli jaqa'.
11.2 Qabel l-użu ta' ċinturin li jeħel mal-bwiez jew ħarness, l-utent għandu jwettaq prova bil-għan li jivverifika illi
d-daqs ikun adattat u li l-aġġustament jagħti livell ta' kumdità aċċettabbli għall-użu previst.
11.3 Huwa essenzjali li jiġu vverifikati regolarment l-elementi ta' l-aġġustament u tat-twaħħil qabel u matul l-użu.
11.4 Jekk inti tuża ċinturin jew jekk il-ħarness tiegħek jinkludi ċinturin, huwa meħtieġ li tagħżel punt ta' ankraġġ
li jinsab fuq il-livell tad-daqs jew 'il fuq għall-konnessjoni ta' ħabel ta' żamma fuq ix-xogħol. Il-ħabel miżmum dritt
għandu jkun aġġustat b'mod li jillimita ċ-ċaqliq vertikali sa mhux aktar minn 0.60 m.
12/ PUNTI TA' ANKRAĠĠ EN795
12.1 Hemm 5 klassijiet ta' punti ta' ankraġġ definiti fl-istandard EN795, li huma b'xi mod jew ieħor konnessi ma'
struttura.
12.2 Klassi A1: Din tikkonsisti f'ankri strutturali maħsuba biex jiġu mwaħħla ma' uċuħ vertikali, orizzontali u
inklinati, bħal ħitan, kolonni, blatiet.
Klassi A2: Din tikkonsisti f'ankri strutturali maħsuba biex jitwaħħlu ma' soqfa inklinati.
Klassi B: Strument ta' ankraġġ proviżorju u trasportabbli
Klassi C: Punt ta' ankraġġ mobbli fuq appoġġ ta' kavilja flessibbli orizzontali. (Mhux aktar minn 15° mill-pjan
orizzontali)
Klassi D: Punt ta' ankraġġ mobbli fuq kavilja ta' appoġġ riġida orizzontali
Klassi E: Ankraġġ ma' piż mejjet fuq wiċċ orizzontali (Mhux aktar minn 15° mill-pjan orizzontali)
12.3 F'każ ta' strument fiss, l-installatur kompetenti huwa responsabbli li jiżgura illi l-istruttura li terfa' l-piż tkun
kumpatibbli ma' l-isforzi imposti fuqha u li l-mod ta' twaħħil ma jbiddil la l-prestazzjoni u l-anqas il-karatteristiċi ta'
ebda wieħed mill-elementi.
12.4 F'każ ta' strument trasportabbli il-persuna responsabbli għall-installazzjoni għandha tiżgura.
12.4.1 Il-pożizzjonament tajba ta' l-istrument meta mqabbla maż-żona tax-xogħol
12.4.2 Ir-reżistenza ta' l-istruttura li żżomm il-piż kif ukoll l-istabilità tagħha (Trepied)
12.4.3 Il-kumpatibbiltà bejn il-forma ta' l-istruttura u ta' l-istrument ta' ankraġġ
12.5 CAPITAL SAFETY GROUP tiddikjara illi l-istrument ta' ankraġġ ipprovdut huwa konformi ma' l-istandard Ewropew
EN795 u li ġie soġġett b'suċċess għall-provi deskritti fih.
13/ STRUMENT TA' SALVATAĠĠ B'ELEVAZZJONI EN1496
13.1 L-istrumenti konformi ma' EN1496 huma maħsuba għal operazzjonijiet ta' salvataġġ, u f'ebda każ m'għandhom
jintużaw għat-trasport ta' persuni jew piżijiet.
13.2 L-istrumenti m'għandhomx jintużaw ħlief jekk l-irfigħ jew it-tniżżil jistgħu jsiru mingħajr xkiel, u ma jistgħux
jintużaw jekk xi ostakli joħolqu periklu.
14/ ĦARNESS TA' SALVATAĠĠ EN1497 u RBIT TA' SALVATAĠĠ EN1498
14.1 Ħarness jew irbit ta' salvataġġ m'għandhomx jintużaw ħlief f'każ ta' evakwazzjoni (flimkien ma' strument
konformi ma' EN341) jew salvataġġ (flimkien ma' strument konformi ma' EN1496) u f'ebda każ bħala komponent ta'
sistema ta' waqfien tal-waqgħat.
15/ TAGĦMIR TA' L-ALPINIŻMU U TIXBIT, ĦARNESS EN 12277
15.1 Qabel l-użu ta' ċinturin li jeħel mal-bwiez jew ħarness b'ċinturin li jeħel mal-bwiez, l-utent għandu jwettaq
prova tas-sospensjoni f'post sigur bil-għan li jivverifika illi d-daqs ikun adattat u li l-aġġustament jagħti livell ta'
kumdità aċċettabbli għall-użu previst.
16/ Għal rakkomandazzjonijiet partikolari relatati mat-TPP tiegħek jekk jogħġbok aqra l-avviż speċifiku
pprovdut.
*Persuna kompetenti: Individwu li għandu għarfien tar-rakkomandazzjonijiet u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, u
tal-komponenti mmanifatturati, u li hu kapaċi li jidentifika perikli eżistenti u li jistgħu jseħħu fl-għażla, l-użu u
l-manutenzjoni adattati ta' tagħmir tal-protezzjoni kontra l-waqgħat.
17/ TERMINOLOĠIJA
1: Tikkettjar 2: Daqs 3: Standard Ewropew 4: Sena ta' manifattura 5: Xahar ta' manifattura 6: Numru tas-serje
7: Numru tal-lott 8: Kontroll tat-tip KE mwettaq minn 9: Numru ta' l-entità li kkontrollat il-manifattura ta' dan it-TPP
10: Attenzjoni: aqra l-avviż 11: Tul 12: Wajer 13: Bokkla 14: Kejbil 15: Irbit 16: Ħardwer 17: Ħabel 18: Materjal
19: Poliamid 20: Poliesteru 21: Polimeru 22: Elastomeru 23: Kevlar 24: Fibra aramida 25: Azzar galvanizzat
26: Azzar Inox 27: Azzar taż-żingu 28: Liga ta' l-aluminjum 29: Reżistenza għat-tfaqqigħ 30: Piż massimu
31: Għandha ssir manutenzjoni annwali fuq dan il-prodott 32: Installazzjoni u aġġustament 33: Użu 34: Iġbed
35: Imbotta 36: Dawwar 37: Iftaħ 38: Agħlaq 39: Għoli 40: Baxx 41: Lemin 42: Xellug 43: Agħfas 44: Itlaq
45: Daħħal 46: Massimu 47: Minimu 48 : Avviż speċifiku 49: Jekk jogħġbok aqra l-avviż ġenerali 50: Klassi
51: Najlon 52: Azzar 53: Ħabel tal-Wajer 54: Ħġieġ Mimli bin-Najlon 55: Shackles 56: Thimbles 57: Turnbuckles
58: Klipps tal-Kejbil 59: Assorbitur ta' l-Enerġija 60: Housing 61: Drums tal-Kejbil 62: Komponent 63: Komponenti
Interni 64: Lifeline 65: Ganċijiet 66: Bażi 67: Arblu 68: Ħabel Technora 69: Ħabel Kernmantle 70: Casing
71: Polyethylene 72: D-ring 73: Waqfien mill-Waqgħat 74: Pożizzjonar tax-Xogħol 75: Trażżin 76: Salvataġġ 77:
Sospensjoni 78: Numru tal-mudell 79: Kapaċità 80: Polyurethance miksi 81: Webbing 82: Ganċ Kbir 83: Ganċ Snap
M

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

34001023400301340030234005013400502

Tabla de contenido