3M DBI SALA ROLLGLISS R550 Manual De Instrucciones página 340

Ocultar thumbs Ver también para DBI SALA ROLLGLISS R550:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 117
INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
MT
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà kollha li tinstab f'dawn l-istruzzjonijiet qabel l-użu ta' din is-Sistema
ta' Salvataġġ Mibnija Minn Qabel. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet jeħtieġ li jingħataw lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun tista' tirreferi għalihom
fil-futur.
Użu Intenzjonat:
Din is-Sistema ta' Salvataġġ Mibnija Minn Qabel hija intenzjonata li tintuża bħala parti minn sistema kompluta ta' protezzjoni kontra waqgħa
personali u/jew ta' salvataġġ.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra, inklużi, iżda mhux limitata għal, immaniġġjar ta' materjal, attivitajiet rikreazzjonali jew relatati mal-isport,
jew attivitajiet oħra mhux deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent, mhuwiex approvat minn 3M u jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt.
Din is-Sistema għandha tintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Din is-Sistema ta' Salvataġġ Mibnija Minn Qabel hija intenzjonata li tintuża bħala parti minn sistema kompluta ta' protezzjoni kontra waqgħa
personali u/jew ta' salvataġġ. Huwa mistenni li l-utenti kollha jkunu mħarrġa b'mod sħiħ fl-installazzjoni u l-operat siguri tas-Sistema ta' Salvataġġ
Mibnija Minn Qabel tagħhom. L-użu ħażin ta' dan it-tagħmir jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt. Għal għażla, operat, installazzjoni,
manutenzjoni, u servizz kif suppost, irreferi għal dawn l-Istruzzjonijiet għall-Utent u għar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lis-
superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lis-Servizz Tekniku ta' 3M.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-ħidma b'Sistema ta' Salvataġġ Mibnija Minn Qabel li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu
għal korriment serju jew mewt:
-
Spezzjona s-sistema qabel kull użu u mill-inqas kull sena. Spezzjonah skont l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża fit-tagħmir jew komponent tat-tagħmir, neħħi t-tagħmir mis-servizz u
sewwih jew ibdlu skont l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Ittikketta s-sistema "MHUX UŻABBLI" u neħħi immedjatament is-sistema mis-servizz jekk tkun ġiet suġġetta għal waqgħa mill-għoli jew
forza ta' impatt. Spezzjona u immaniġġja s-sistema skont l-Istruzzjonijiet tal-Utent.
-
Żgura li s-sistema ta' salvataġġ u l-linja ta' salvataġġ jinżammu ħielsa minn kull ostruzzjoni inkluż, iżda mhux limitat għal, taħbil ma'
ħaddiema oħra, miegħek innifsek, u ma' oġġetti tal-madwar.
-
Segwi r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur meta tqabbad linja ta' salvataġġ.
-
Waqt li twettaq operazzjonijiet ta' salvataġġ, dejjem uża miżuri ta' sigurtà ta' protezzjoni minn waqgħat kif iddeterminat mill-pjan ta'
salvataġġ fuq il-post tax-xogħol tiegħek.
-
Tmissx partijiet ta' apparati esposti għal frizzjoni għolja matul jew wara nżul twil, peress li dawn il-partijiet jistgħu jisħnu u jikkawżaw ħruq.
-
Żġura li tintuża protezzjoni adegwata għax-xfar meta l-linja ta' salvataġġ tista' tiġi f'kuntatt ma' xfar li jaqtgħu jew irkejjen għall-ponta.
-
Żgura li hemm passaġġ għall-inżul mingħajr ostakli, u li ż-żona tal-inżul hija ħielsa mnn kwalunkwe ostruzzjonijiet jew perikli li tista' tiġi
f'kuntatt magħhom.
-
Żgura li sistemi/subsistemi mmuntati minn komponenti magħmula minn manifatturi differenti huma kompatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti
tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi, standards, jew rekwiżiti tal-protezzjoni kontra waqgħat oħrajn applikabbli. Dejjem
ikkonsulta Persuna Kompetenti u/jew Ikkwalifikata qabel tuża dawn is-sistemi.
-
(TAGĦMIR TA' NŻUL AWTOMATIKU) Uża biss f'applikazzjonijiet ta' salvataġġ.
-
(TAGĦMIR TA' NŻUL AWTOMATIKU) Dejjem irreġistra l-użu kif definit mill-Istruzzjonijiet tal-Utent u neħħi mis-servizz skont il-limiti tal-użu
elenkati fl-Istruzzjonijiet tal-Utent.
-
(R550 TAGĦMIR B'ROTA TAL-IDEJN) Kun żgur li l-operatur dejjem iżomm il-kontroll tar-rota tal-idejn meta s-sistema tkun taħt tagħbija.
-
(SISTEMI TA' SALVATAĠĠ B'ĦABE) Uża biss il-ħabel deskritt u approvat fl-Istruzzjonijiet għall-Utenti.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tissapporti b'mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-xogħol fl-għoli.
Ikkonsulta lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta' waqgħa mingħajr kontroll (free fall) massima tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa li ma jgħaddix mill-ispezzjoni ta' qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati oħra, jew jekk
għandek tħassib dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M bi kwalunkwe
mistoqsijiet li għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta' subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operazzjoni ta' dan it-tagħmir. Uża konnessjonijiet kompatibbli
biss. Ikkonsulta lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma' komponenti jew subsistemi oħrajn li mhumiex deskritti fl-Istruzzjonijiet
għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet żejda meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. top drive ta' riggijiet taż-żejt), perikli elettriċi, temperaturi
estremi, perikli kimiċi, gassijiet splussivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt materjali fuq rasek li jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq
it-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Uża apparati ta' Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f'ambjenti Bi sħana kbira.
-
Evita wċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tagħmel tibdiliet fit-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M
biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan it-tagħmir.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fis-seħħ pjan ta' salvataġġ jekk iseħħ inċident ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ inċident ta' waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa'.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta' waqfien ta' waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel taħriġ b'dan l-apparat, għandha tintuża sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa sekondarja b'mod li ma jesponix lil min
qed jitħarreġ għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
NRU. TAL-FORMOLA: 5908259 REV: A
340

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido