3M DBI SALA ROLLGLISS R550 Manual De Instrucciones página 352

Ocultar thumbs Ver también para DBI SALA ROLLGLISS R550:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • ES

Idiomas disponibles

  • ESPAÑOL, página 117
;
Spezzjoni tal-Qafas Reżistenti għall-Umdità: Jekk il-Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550 jinħażen kontinwament
f'Qafas Reżistenti għall-Umdità (ara Figura 17), l-ispezzjonijiet ta' kull xahar u ta' kull sena ma jkunux meħtieġa u
l-apparat jista' jintbagħat lil ċentru tas-servizz awtorizzat f'intervalli li ma jaqbżux l-għaxar snin. Minbarra l-ispezzjoni
qabel kull użu, l-Indikatur tal-Umdità fuq il-qafas (ara Figura 17) għandu jiġi spezzjonat kull sena u d-data u l-inizjali
tal-ispettur jitniżżlu fuq it-Tikketta tal-Ispezzjoni tal-Qafas. Jekk l-Indikatur tal-Umdità juri qari ta' 60 jew akbar
(Indikatur tas-Settur tat-Torta), il-qafas għandu jitneħħa mis-servizz u l-kontenut spezzjonat skont il-proċeduri ddefiniti
fit-Tabella 2
5.2
DIFeTTI: Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi l-Sistema ta' Salvataġġ R550 mis-servizz
immedjatament. Tippruvax issewwi s-Sistema ta' Salvataġġ.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTTT: Il-ħajja funzjonali tas-Sistema ta' Salvataġġ tiġi ddeterminata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u
l-manutenzjoni. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji ta' spezzjoni, jista' jinżamm fis-servizz.
5.4
TIKKeTTA TAL-RFID: Numru ta' kompenti Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550 huma mgħammra b'tikketti ta'
Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID). L-RFID tags għall-Sistema ta' Salvataġġ R550 jistgħu jintużaw flimkien
mal-apparat ta' qari li jinżamm fl-idejn i-Safe u l-portal ibbażat fuq il-web biex jissimplifikaw l-ispezzjoni u l-kontroll
tal-inventarju u jipprovdu rekords għal tagħmir ta' salvataġġ. Irreferi għall-Figura 25 għal postijiet tal-RFID tags fuq il-
Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550.
6.0 MANUTENZJONI, SERVICING, ĦAŻNA
6.1
TINDIF: Naddaf il-komponenti tal-metall tal-Sistema ta' Salvataġġ R550 perjodikament bi xkuplija ratba, ilma fietel,
u soluzzjoni ħafifa tas-sapun. Kun żgur li l-partijiet jitlaħalħu sewwa bl-ilma nadif.
6.2
SERVIZZ: 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat. Jekk
l-Sistema ta' Salvataġġ R550 kien soġġetta għal xi forza ta' waqgħa, jew l-ispezzjoni tiżvela kundizzjonijiet perikolużi
jew difettużi, neħħi s-sistema mis-servizz. Neħħi s-sistema mis-servizz u eqridha, jew ikkuntattja lil 3M biex tibdilha jew
issewwiha.
6.3
ĦAŻNA U TRASPORT: Aħżen u ttrasporta l-Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550 f'ambjent frisk, xott u nadif lil hinn
mir-raġġi diretti tax-xemx. Evita spazji fejn jista' jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona l-komponenti bir-reqqa wara li jkunu
ġew maħżuna għal żmien twil. Jekk il-Sistema ta' Salvataġġ R550 ma jistax jinħażen f'ambjent xieraq kif suppost, għandu
jintuża Qafas Reżistenti għall-Umdità.
;
L-apparati għall-Inżul installati fil-post tax-xogħol u li jitħallew f'posthom bejn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu
protetti b'mod xieraq mill-kundizzjonijiet ambjentali.
7.0
TIKKETTI
Figura 26 u Figura 27 juru tikketti fuq it-tagħmir tal-Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550. Figura 26 turi l-postijiet tat-
tikketti u Figura 27 turi t-tikketti assoċjati. It-tikketti jridu jiġu mibdula jekk mhumiex f'kundizzjoni li jistgħu jinqraw tajjeb.
L-informazzjoni pprovduta fuq kull tikketta hija kif ġej:
A) Il-linja ta' salvataġġ trid tkun mgħoddija dritta minn ġol-Protettur tat-Tarf.
A
A) Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent kollha.
C) Massimu ta' żewġ utenti
D) Kapaċità massima 620 lbs (280 kg)
E) Għal użu ta' salvataġġ biss.
F) Numru tal-parti tal-prodott
A) Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent kollha.
B
B) Għal użu ta' salvataġġ biss.
C) Direzzjoni tal-użu D) Massimu għal utent wieħed
E) Tagħbija li tiżżerżaq ta' 1,000 lbs F) Direzzjoni tas-salvataġġ
A) Logos tal-prodott
C
A) Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent kollha.
D
B) Direzzjoni tal-użu
C) Għall-użu ma' ħabel mhux aktar wiesa' minn 13 mm.
A) Segwi l-istruzzjonijiet kollha tal-manifattur.
E
B) Rekwiżiti tal-spezzjoni (ara Tabella 2)
A) Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent kollha.
D)Il-braga tal-ankra hija mibnija minn xibka tal-poliester.
E) Qawwa minima ta' tkissir fil-konfigurazzjoni taċ-choker 5,000 lbs (22 kN)
F) Standards Applikabbli G) Tagħbija ta' xogħol bla periklu 620 lbs H) Sena / Xahar Manifatturat
I) Numru tal-Mudell J) Tul (piedi)
A) Segwi l-istruzzjonijiet kollha tal-manifattur.
F
B) Rekwiżiti tal-spezzjoni (ara Tabella 2)
A) Aqra l-istruzzjonijiet tal-utent kollha.
G
B) Il-braga tal-ankra hija mibnija minn xibka tal-kevlar.
C) Qawwa minima ta' tkissir fil-konfigurazzjoni taċ-choker 6,000 lbs (27 kN)
D) Standards Applikabbli E) Tagħbija ta' xogħol bla periklu 620 lbs F) Sena / Xahar Manifatturat
G) Numru tal-Mudell H) Tul (ft)
352

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido